Isqof Vjetnamiż jippjana ħidmiet ta’ karita’

Print Friendly, PDF & Email

Ispirat mill-messaġġ ta’ Papa Franġisku għall-Jum Dinji tal-Paċi, isqof Vjetnamiż qed jinkuraġġixxi lill-Kattoliċi sabiex jistabilixxu pjan ta’ azzjoni ħalli jaqdi l-poplu fi ħtieġa matul is-Sena lunari l-ġdida. 

L-Isqof Stephanus Tri Buu Thien of Can Tho, djoċesi fin-nofsinhar tal-Vjetnam, talab lill-parruċċani sabiex joffru talb u  għajnuna umanitarja lil dawk fil-faqar.  Skont aġenzija tal-aħbarijiet, l-isqof qal li ħafna Kattoliċi qed ibatu finanzjarjament minħabba l-effett tal-Covid-19 u għalhekk ħeġġeġ lill-Insara sabiex jimitaw s-Samaritan it-Tajjeb u jipprovdu għajnuna lill-ġirien.

Rapport għal-Laikos minn Fr Geoffrey G. Attard

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: