Għall-ewwel darba fl-istorja, il-Kummissjoni Dixxiplinarja tal-Kurja Rumana se tkun preseduta minn lajk. Dan wara li Papa Franġisku ħatar lill-professur Vincenzo Buonomo, rettur tal-Pontifiċja Universita’ Laterana bħala kap tal-kummissjoni msemmija.
Aktarx li aktar lajċi se jkunu f’pożizzjonijiet għolja fil-Vatikan. Din il-kummissjoni hija komposta minn president u sitt membri. Ġiet stabilita fis-sena 1981 u tieħu ħsieb tara jekk sanzjoni amministrattiva imposta fuq uffiċjal tal-kurja hijiex pertinenti jew le.
Rapport għal-Laikos minn Fr Geoffrey G. Attard.