Nhar it-18 ta’ Diċembru 2020 il-Knisja Kattolika ħadet inizjattiva favur in-nonvjolenza skont il-Vanġelu b’irtir online ta’ tliet sigħat li fih ħadu sehem iktar minn 600 persuna minn madwar id-dinja.
L-irtir, fuq 10 time zones u bi traduzzjoni simultanja fil-Franċiż u fl-Ispanjol, kien organizzat minn Pax Christi International flimkien mal-Vatikan. Fost il-kelliema, kien hemm Mairead Corrigan Maguire, rebbieħa tal-Premju Nobel, Bernice King, bint ir-Rev. Martin Luther u Fr. Emmanuel Katongole mill-Universita ta’ Notre Dame.
Flimkien mal-preżentazzjonijiet qawwija, l-irtir kellu impatt għal tliet raġunijiet. Dawk li mexxew l-irtir urew immaġinazzjoni kbira ta’ leadership; il-videos li ntbagħtu stiednu għar-rebħa fuq il-vjolenza permezz tan-nonvjolenza; in-numru ta’ 600 persuna li rreġistraw għall-irtir kien impressjonanti.
Din l-inizjattiva uriet biċ-ċar li hemm focus fuq il-ħolma tan-nonvjolenza, kemm fil-livelli għoljin tal-Knisja kif ukoll bil-parroċċi.
https://www.ncronline.org/news/opinion/vatican-and-pax-christi-international-think-big-peace
Rapport g]al-Laikos minn Joe Galea