Omelija tal-Papa Ġwani Pawlu II lill-membri tal-Opra San Paolo

Print Friendly, PDF & Email

QUDDIESA FL-OKKAŻJONI TAŻ-ŻJARA GĦALL-OPRA SAN PAOLO TA’ CASTELANDOLFO. OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II

Castelgandolfo, 24 ta’ Awissu 1980

Għeżież ħuti u wliedi.

Huwa ta’ ferħ għalija li niltaqà magħkom f’din il-Knisja tal-kwartier ta’  San Paolo, marbuta mat-tifkira tal-predeċessur  tiegħi indimentikabbli u maħbub Pawlu VI, li kelli mod biex nerġà nfakkar għall-qima u għall-imħabba ta’ kulħadd, fit-tieni anniversarju tal-mewt tiegħu. 

Ferħ nisrani dan tagħna, li rrid nesprimi fit-talba komuni u fl-offerta tas-sagrifiċċju ewkaristiku f’dan it-tempju, mibni bir-rieda preċiża ta’ dak il-Papa kbir, ukoll bħala nkuraġġiment konkret għall-pjan kollu dijoċeżan, mifhum biex jipprovdi ċentri ġodda ta’ talb u ta’ animazzjoni nisranija il-ħafna żoni ta’ żvilupp riċenti. Huwa kien iddispona li jiċċelebralkom il-quddiesa fil-festività tal-Assunta fl-1978, fix-xewqa li jiltaqà, quddiem l-altar tal-Mulej u fil-komunjoni ntensa tal-assemblea liturġika, mal-abitanti ta’ dan il-kwartier, minnu nkuraġġit.

Il-mewt, li seħħet xi jiem qabel, ma ħallitux iwettaq, sfortunatament it-twettiq ta’ tali għan pastorali.

Għeżież ħuti u wliedi, hawn jien bil-kuraġġ u l-aspirazzjoni li nissodisfa dik il-wegħda. Jiena kuntent li nindirizza, qabel kollox, it-tislima kordjali lill-Kardinal segretarju tal-Istat, li llum ried ikun hawn magħna. Nindirizza, mbagħad, lill-Isqof tagħkom, Monsinjur Gaetano Bonicelli u lis-saċerdoti sależjani, li janimaw b’żelu u bil-vivaċità tradizzjonali tagħhom il-ħajja ekkleżjali tal-parroċċa, waqt li nesprimi, ukoll, rikonoxxenza għall-ġid imwettaq f’din iċ-ċittadina  ħelwa, a benefiċċju tal-abitanti tagħha u tat-turisti numerużi.

Il-ferħ nisrani tagħna jrid ikun mitmugħ bil-kelma ta’ Alla, li miġbura fil-fidi, hija sors għall-ispirtu tagħna ta’ ċertezzi nterni, li tagħhom għandna bżonn b’mod speċjali fil-waqtiet tad-diffikulta u tal-konfużkoni.

1. Ejjew nikkunsidraw, primarjament, it-talba imizjali ta’ din il-quddiesa. Din, waqt li tingħaqad mill-ġdid mal-aspirazzjonijiet profondi espressi f’dik tal-Ħadd li għadda, tiftħilna l-bieb għall-ilqugħ, mingħajr biżat vojta, tal-kelma tal-Vanġelu, li, billi hija divina, hija sors ta’ ċertezza nfallibbli, ukoll jekk, mal-ewwel qari tistà tidher xokkanti.

Waqt li l-Ħadd li għadda, tlabna lill-Mulej “il-ħlewwa ta’ mħabbtu” sabiex inkunu nistgħu nħobbuh “f’kollox u fuq kollox”, bl-iskop li niksbu “il-ġid imwiegħed li jissupera kull xewqa”, illum bl-istess spirtu ta’ supplika umli, nitolbu lil Alla “li nħobbu dak li li jordnalna u biex nixtiequ dak li jipprometti”. Sabiex qlubna “jkunu ffissati hemm fejn hemm il-veru ferħ”. Fiż-żewġ talbiet hemm l-orjentament fundamentali identiku tan-nisrani lejn il-ġid li jmur ‘il hemm minn kull previżjoni u esperjenza, li ebda għajn ma tistà tara u ebda moħħ jimmaġina; hemm l-istess stennija tad-don ta’ Alla li jistà biss jittrasforma l-qalb tal-fidili tiegħu, billi jirrendihom sensibbli għall-wegħdiet tiegħu u disposti biex jiffaċċjaw, għall-imħabba, it-taqtigħa mitluba minnhom kontra l-ispirtu tad-dinja, u hekk, imorru ‘l hemm mill-“bieb id-dejjaq”.

Waqt li nitolbu lil Alla, illum, b’mod speċjali, li jagħmilna “nħobbu dak li huwa jikkmanda”, ejjew nitolbuh biex jippenetra s-sigrieti tal-libertà nisranija, li twassal għal għażla ndispensabbli u fidila tal-ġid, ukoll jekk tkun akkumpanjata, kif spiss jiġri, mill-isforz, mit-taqtigħa u mit-tbatija. Infatti, in-nisrani ma jobdix kostrinġiment estern, imma waqt li jiffaċċja l-“bieb id-dejjaq”, isegwi l-attrazzjoni mqiegħda f’qalbu mill-Ispirtu Santu. Hawn hu għaliex dawk li huma mpenjati biex jobdu lill-Mulej bil-ġenerożità l-iktar profonda u lejali, jqiegħdu f’tali ubbidjenza spontanjetà u mħabba li s-sekulari ma jafux jispjegaw.

Imħejjija b’dan il-mod mit-talb biex nilqgħu fil-qalb “dak li Alla jikkmanda”, aħna lesti biex ma nirribellawx, biex ma naqtgħux qalbna, biex ma nirrifhutawx, imma anzi biex nifhmu u nħobbu l-kelma evanġelika li llum Ġesù jindirizzalna.

2. Fil-Vanġelu Ġesù jfakkar li lkoll aħna msejħin għas-salvazzjoni u biex ngħixu ma’ Alla, għaliex quddiem is-salvazzjoni mhemmx persuni privileġġjati. Ilkoll irridu ngħaddu mill-bieb id-dejjaq taċ-ċaħda u tad-don tagħna nfusna. Il-qari profetiku jesponi bi xbihat ħajjin il-pjan li Alla għandu li jiġbor fl-għaqda lill-bnedmin kollha, biex jagħmilhom parteċipi tal-glorja tiegħu. Dak meħud mit-Testment il-Ġdid iħeġġeġ biex nissaportu l-provi bħala purifikazzjoni ġejjin minn idejn Alla, “sabiex il-Mulej jikkorreġi lil dak li jħobb” (Lh 12,6; Pr 3,12). Imma l-mottivi ta’ tali siltiet tal-qari nistgħu ngħidu li kollha huma ffokati fis-silta evanġelika.

L-interpellanza dwar il-problema fundamentali tal-eżistenza: “Mulej, ftit huma dawk li jsalvaw?” (Lq 13,23), ma tistax tħallina ndifferenti. Għal tali mistoqsija Ġesù ma jweġibx b’mod dirett, imma jħeġġeġ għas-serjetà tal-proposti u tal-għażliet: “Tħabtu biex tidħlu mill-bieb id-dejjaq, għax kif ingħidilkom jien, ħafna għad ifittxu li jidħlu u ma jirnexxilhomx” (Lq 13,24). Il-problema gravi takkwista fuq xuftejn Ġesù angolazzjoni personali, morali, axxetika. Huwa jsostni b’qawwa li l-ilħuq tas-salvazzjoni jitlob sagrifiċċju u taqtigħa. Biex dak li jkun jidħol mill-bieb id-dejjaq, hemm bżonn, jenfasizza letteralment it-test grieg, “tagonizza”, jiġifieri tissielet b’mod vivaċi bil-forzi kollha, bla taqtà, u b’sodizza ta’ orjentament. It-test parallelu ta’ Mattew jidher illum iktar kategoriku: “Idħlu mill-bieb id-dejjaq. Għax wiesà l-bieb u spazzjuża t-triq li tieħu għat-telfien, u ħafna huma li jaqbdu lilha. Imma kemm dejjaq huwa l-bieb u dejqa t-triq li tieħu għall-ħajja, u ftit huma li jsibuha” (Mt 7,13-14).

Il-bieb id-dejjaq huwa qabel kollox l-aċċettazzjoni umli, fil-fidi pura u fil-fiduċja serena, tal-kelma ta’ Alla, tal-prospettivi tagħha fuq il-persuni tagħna, fuq id-dinja u fuq l-istorja; huwa l-osservanza tal-liġi morali, bħala manifestazzjoni tar-rieda ta’ Alla,  in vista ta’ ġid superjuri li  jwettaq il-vera feliċità tagħna; huwa l-aċċettazzjoni tat-tbatija bħala mezz ta’ espijazzjoni u ta’ redenzjoni għalih u għall-oħrajn, u bħala espressjoni suprema ta’ mħabba; il-bieb id-dejjaq huwa, f’kelma waħda, l-ilqugħ tal-mentalità evanġelika, li ssib fid-diskors tal-muntanja l-iktar enukleazzjoni pura.

Hemm bżonn. F’kelma waħda, li nterrqu t-triq iddisinjata minn Gesù u ngħaddu minn dak il-bieb li hu huwa nnifsu: “Jien huwa l-bieb; jekk wieħed jidħol minni jkun salvat” (Ġw 10,9). Biex insalvaw hemm bżonn li nerfgħu bħalu salibna, niċħdu lilna nfusna fl-aspirazzjonijiet tagħna kuntrarji għall-ideal tal-Vanġelu u nsegwuh fil-mixja tiegħu: “Jekk xiħadd irid jiġi warajja, jiċħad lilu nnifsu, jerfà salibu kuljum u jimxi warajja” (Lq 9,23).

Għeżież uliedi u ħuti, hija l-imħabba li ssalva, l-imħabba li diġa tinsab fuq l-art bejatitudni ta’ min, bil-modi l-iktar differenti, fil-manswetudni, fil-paċjenzja, fil-ġustizzja, fit-tbatijiet u fil-biki, jinsa lilu nnifsu u jagħti lilu nnifsu. Il-mixja tistà tidher wieqfa u diffiċli, il-bieb jistà jidher wisq dejjaq? Bħal ma diġa għidt fil-bidu, tali prospettiva tissupera l-forzi umani, imma t-talb perseveranti, lis-supplika fiduċjuża, ix-xewqa intima tat-twettiq tar-rieda ta’ Alla, jiksbulna li nħobbu dak li jordnalna.

Dan huwa li nitlob għalikom. U fuq il-proposti tagħkom, fuq il-persuni tagħkom, fuq il-familji tagħkom tinżel il-barka apostolika mimlija mħabba tiegħi.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: