90 sena mil-ftuħ tar-Radju tal-Vatikan

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku jibgħat l-awgurju tiegħu fl-okkażjoni tad-90 anniversarju mil-ftuħ tar-Radju tal-Vatikan

Il-Papa Franġisku bagħat messaġġ lill-istaff tar-Radju tal-Vatikan, hekk kif ir-Radju tal-Papa jiċċelebra d-90 anniversarju tiegħu llum.

“Għeżież ħuti, l-anniversarju t-tajjeb,” hekk beda l-messaġġ tiegħu l-Papa lir-Radju tal-Vatikan. Huwa kompla billi rringrazzja lill-istaff, li ġej minn 69 nazzjon, għax-xogħol tagħhom u għall-“imħabba li jpoġġu fir-radju.”

“Huwa importanti li nikkonservaw il-memorja tal-istorja tagħna, u li nkunu nostalġiċi mhux tant għall-imgħoddi kif ukoll għall-futur li aħna msejħin biex nibnu,” żied jgħid.

Il-Papa kompla billi faħħar il-firxa wiesgħa tar-radju. “Ir-radju għandu din il-karatteristika sabiħa: jġorr il-kelma lejn l-iktar postijiet imbiegħda,” huwa qal. “U jakkumpanjaha llum bi stampi u l-kliem miktuba.”

Huwa kompla billi ħeġġeġ lill-impjegati tar-Radju tal-Vatikan biex jgħinu fit-tixrid tal-verità. “Stinkaw ‘l quddiem b’kuraġġ u kreattività biex titkelmu mad-dinja, u b’hekk tibnu tip ta’ komunikazzjoni li kapaċi tgħinna naraw il-verità tal-affarijiet”.

Ir-Radju tal-Vatikan ġie inawgurat fit-12 ta’ Frar 1931 mill-Papa Piju XI. Huwa kien talab lil Guglielmo Marconi biex jibni stazzjon tar-radju biex iġorr l-leħen tal-Papa sat-trufijiet tad-dinja.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-02/pope-francis-vatican-radio-90-anniversary-message.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading