Papa dwar l-isport: “Triq għall-ħajja, maturità u qdusija”

Print Friendly, PDF & Email

L-isport inġenerali, u l-futbol b’mod partikolari, jistgħu jkunu “triq ta’ ħajja, maturità u qdusija”, qal il-Papa Franġisku waqt li sellem lit-tim tal-futbol Sampdoria li twaqqaf fl-1946 fil-belt ta’ Genova, fit-tramuntana tal-Italja. Huwa fakkar li “qatt ma tista’ timxi ‘l quddiem waħdek”, imma “dejjem bħala tim”.

Il-Papa rrimarka żewġ karatteristiċi ċentrali li jirrigwardaw l-isport. L-ewwel hija li kollox isir bħala tim. “L-aħjar rebħiet huma dawk li jiġu bħala tim”. Huwa qal li minn fejn ġej hu, “plejer tal-futbol li jilgħab għar-rasu, ngħidulu li “ħataf il-ballun: jieħu l-ballun għalih innifsu u ma jħarisx lejn l-oħrajn”. Minflok, il-Papa kompla, “rridu dejjem naħdmu bħala tim”.

It-tieni punt li l-Qdusija Tiegħu għamel kien li ma jitilfux id-dilettantismu tal-isport, attività li ġejja minn vokazzjoni li trid tinvolvi ruħek u tagħmel l-affarijiet. Huwa saħaq li hu mportanti li l-isports ikun dejjem ibbażat fuq li tkun tħobb il-logħba. L-interessi l-oħra huma sekondarji. 

Il-president tas-Sampdoria, Massimo Ferrero, u l-kowċ tat-tim Ligurjan, Claudio Ranieri, rringrazzjaw lill-Papa talli laqgħhom fil-Vatikan. It-tim ta lill-Papa flokk tas-Sampdoria bil-kliem “Papa Francesco” u bandiera kommemorattiva tal-laqgħa. 

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-02/pope-meets-with-sampdoria-players.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: