Il-Kardinal Sako jgħid: “Xi ħaġa diġa’ nbidlet’ fin-nazzjon

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa fiż–żona fejn inqatlu eluf ta’ Nsara

Illum, il-Ġimgħa 5 ta’ Marzu, bdiet it-33 żjara tal-Papa Franġisku barra l-belt ta’ Ruma, u li din ser tieħdu fl-Iraq. Għall-komunità Nisranija żgħira tal-Iraq, il-qofol ta’ dan il-vjaġġ se jkun iż-żjara li l-Papa ser jagħmel fit-tramuntana tal-pajjiż, fejn f’din iż-żona nqatlu eluf ta’ Nsara, taħt it-tmexxija tal-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku bejn l-2014 u l-2017. Mijiet ta’ eluf oħra kien ġew sfurzati jaħarbu minn djarhom quddiem il-vjolenza u l-persekuzzjoni. Hawnhekk, huwa se jżur l-ibliet ta’ Erbil, Mosul u Qaraqosh, biex jiltaqa’ ma’ nies li qed jippruvaw jibnu mill-ġdid il-komunitajiet u l-knejjes tagħhom.

Il-Kardinal Iraqi Louis Raphaël Sako, Patrijarka ta’ Babilonja tal-Kaldin, qal lir-Radju tal-Vatikan, li, hekk kif il-popolazzjoni kollha kienet qed tipprerara biex tilqa’ lill-Papa Franġisku, xi ħaġa diġà nbidlet fin-nazzjon. L-Insara u l-Musulmani, bl-istess mod, kienu mpenjati jippreparaw posters ta’ tislijiet, u l-mezzi tax-xandir kollu qed jgħidu: “Merħba Papa Franġisku! Aħna kuntenti li nilqgħuk!”, qal il-Kardinal Sako.

Il-Kardinal fakkar konversazzjoni riċenti li kellu ma’ mara Musulmana, li ddeskriviet din iż-żjara bħala “l-aħħar tama tagħna”. Huwa qal, “xi ħaġa qed tinbidel u tiċċaqlaq” fis-soċjetà Iraqina, u hemm tama li l-preżenza tal-Papa sservi wkoll biex tgħin tħejji futur aħjar għal kulħadd.

Minbarra t-tħejjijiet loġistiċi kollha w tindif ta’ toroq u l-ibliet, il-Kardinal Sako rrimarka dwar kif l-Insara qed iħejju l-knejjes tagħhom u spazji oħra għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Quddies u l-laqgħat, kull fejn huwa skedat li jmur il-Papa.

Huwa enfasizza li wieħed mill-punti importanti f’dan il-vjaġġ se jkun fuq il-“Fraternità spiritwali”, li din se tkun enfasizzata b’mod speċjali meta l-Qdusija Tiegħu jivvjaġġa lejn Ur, il-post fejn twieled Abraham. F’din il-laqgħa li ser ikollu mal-Ayatollah Al-Sistani, “se jkollha mpatt kbir għall-Insara u l-Musulmani”.

Mistoqsi jekk jaħsibx li l-Iraq jistax isir eżempju ta’ rikoniljazzjoni fil-Lvant Nofsani, il-Patrijarka tal-Babilonja tal-kaldin qal: “Din hija t-tama tagħna. Sadanittant, kulħadd issa huwa lest li jagħmel l-ewwel pass.”

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2021-03/iraq-apostolic-journey-cardinal-sako-preparations.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading