Il-Knisja fl-Iraq hija ħajja

Print Friendly, PDF & Email

“Il-Knisja fl-Iraq hija ħajja”: il-Papa Franġisku fil-Quddiesa f’Erbil

“Illum, nista’ nara mill-ewwel li l-Knisja fl-Iraq hija ħajja, u li Kristu huwa ħaj u jaħdem f’dan il-poplu qaddis u fidil Tiegħu,” qal il-Papa Franġisku fl-omelija tiegħu waqt il-Quddiesa ta’ konklużjoni għall-Vjaġġ Appostoliku tiegħu lejn Iraq.

Il-Papa bbaża l-omelija tiegħu fuq silta minn San Pawl: “Kristu, l-qawwa u l-għerf t’Alla.” Huwa qal, Ġesù “żvela dik il-qawwa u l-għerf fuq kollox billi offra l-maħfra u juri ħniena.”

Dwar il-qari tal-Evanġelju tal-Ħadd, li jirrakkonta kif il-Mulej keċċa lil dawk li jbiddlu l-flus barra mit-Tempju, l-Papa Franġisku qal li Alla l-Missier bagħat lil Ġesù biex jitnaddaf mhux biss it-Tempju mibni mill-ġebel, “imma fuq kollox, it-tempju ta ‘qalbna.” Qalbna, huwa qal, għandhom jitnaddfu “mill-falzitajiet li jtebgħuhom, minn dupliċità ipokrita”, minn “titoli qarrieqa” ta’ “tentazzjonijiet li huma ta’ ħsara bħal poter u l-flus.”

Hu temm l-omelija tiegħu u qal, “Il-Knisja fl-Iraq, bil-grazzja ta’ Alla, diġà qed tagħmel ħafna biex tħabbar dan l-għerf mill-isbaħ tas-Salib, billi xxerred il-ħniena u l-maħfra ta’ Kristu, partikolarment lejn dawk fl-akbar bżonn.” Din, qal il-Papa, “hija waħda mir-raġunijiet li wasslitni biex niġi bħala pellegrin f’nofskom, biex nirringrazzjakom u nikkonfermakom fil-fidi u x-xhieda tagħkom.”

Minħabba miżuri ta’ saħħa u sigurtà tal-coronavirus, madwar 10,000 persuna kienu preżenti fil-Franso Hariri Stadium ta’ Erbil għal-Liturġija Ewkaristika tal-Ħadd, b’għexieren t’eluf oħra jsegwu grazzi għad-diversi mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali,nklużi r-radju, it-televiżjoni, u l-internet.

Fil-konklużjoni tal-liturġija Ewkaristika, l-Papa Franġisku bierek statwa tal-Verġni Marija li kienet ġiet vandalizzata mill-militanti tal-Istat Iżlamiku. Imbgħad il-Papa Franġisku offra l-gratitudni mill-qalb tiegħu lill-mexxejja tal-Knisja lokali f’Erbil; lil Mar Gewargis III, Katolikos-Patrijarka tal-Knisja Assirjana tal-Lvant; Insara ta’ diversi denominazzjonijiet; L-Arċisqof tal-Kaldeja Bashar Matti Warda; u l-Isqfijiet kollha, il-gvern u l-awtoritajiet ċivili, u l-ħafna voluntiera għall-merħba u l-għajnuna kbira tagħhom.

Huwa sellem bil-qalb “lill-poplu maħbub Kurd”, u ta ġieħ lill-Insara kollha ta’ tradizzjonijiet varji, li ħafna minnhom tefgħu demmhom hawn. “Iżda l-martri tagħna jiddu flimkien bħal stilel fl-istess sema!” qal il-Papa; w “minn hemm isejħulna biex nimxu flimkien, mingħajr eżitazzjoni, lejn il-milja tal-għaqda.”

Filwaqt li ħafna kienu ġarbu niket u telf, il-Papa nnota wkoll l-istejjer ta’ “tama w konslazzjoni”, grazzi tmur b’mod speċjali lil isitutzzjonijiet reliġjużi ta’ kull fidi li qed jgħinu fil-bini w t-twelid mill-ġdid soċjali. Il-Papa offra grazzi speċjali lill-organizzazzjoni ROACO li tirrappreżenta l-aġenziji ta’ għajnuna Kattolika.

“L-Iraq dejjem se jibqa’ miegħi, f’qalbi”, qal il-Papa, u ħeġġeġ lil kulħadd biex “jaħdmu flimkien f’għaqda għal futur ta’ paċi u prosperità li ma jħalli lil ħadd warajh u ma jiddiskrimina kontra ħadd.” Huwa assigurahom it-talb tiegħu u appella lin-nies kollha ta’ rieda tajba biex “jaħdmu flimkien biex joħolqu rabtiet ta’ fraternità u solidarjetà fis-servizz tal-ġid komuni u tal-paċi … Jalla Alla jberikkom ilkoll! J’Alla jbierek l-Iraq!”

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-03/the-church-in-iraq-is-alive-pope-francis-at-mass-in-erbil.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading