Il-Papa jaħtar studjuża tal-Iskrittura bħala Segretarja tal-Kummissjoni Biblika
Il-Papa Franġisku ħatar lil Suor Nuria Calduch-Benages, studjuża fit-testment il-Qadim u professura fl-Università Pontifiċja Gregorjana ta’ Ruma, biex tkun is-Segretarja tal-Kummissjoni Biblika Pontifiċja
Membru Spanjola tal-Missjunarji tal-Familja Mqaddsa ta’ Nazaret hija l-ewwel mara li tokkupa din il-kariga, li tinvolvi l-koordinazzjoni tax-xogħol tal-20 studjuż Bibliku minn madwar id-dinja li jistudjaw temi fl-istudji tal-Iskrittura u l-interpretazzjoni f’isem il-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi. Skond in-normi tal-kummissjoni, kif ġiet riveduta mill-Qaddis Papa Pawlu VI, fl-1971, is-segretarju tal-Kummissjoni Biblika Pontifiċja jservi wkoll bħala konsulent għall-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi.
Fis-26 ta’ Marzu, Suor Calduch-Benages, se tiċċelebra l-64 sena tagħha. Hija twieldet f’Barċellona, u kisbet baċellerat fit-teoloġija mill-Università Pontifiċja Urbana f’Ruma. Hi kisbet il-liċenzja u d-dottorat fl-Iskrittura Mqaddsa mill-Istitut Pontifiċju Bibliku ta’ Ruma, w mill-1991 għallmet fl-Università Gregorjana.
Fis-Sinodu tal-Isqfijiet tal-2008, il-Papa Benedittu XVI ħatarha esperta dwar il-Kelma t’Alla, u l-Papa Franġisku ħattarha bħala membru tal-ewwel kummissjoni li tistudja l-identità storika u r-rwol tan-nisa djakni; dik il-kummissjoni ħadmet mill-2016 sal-2019. Hija serviet bħala membru tal-kummissjoni Biblika mill-2014 sal-2019 u f’Jannar, ġiet ikkonfermata mill-ġdid għat-tieni mandat ta’ ħames snin oħra.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://cruxnow.com/vatican/2021/03/pope-names-woman-scripture-scholar-as-secretary-of-biblical-commission/