Il-kondoljanzi tal-Papa Franġisku għall-mewt tal-Prinċep Philip.

“Iddispjaċieni meta sirt naf bil-mewt tar-raġel tiegħek, il-Prinċep Philip, Duka ta’ Edinburgh, il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku qed joffri l-kondoljanzi mill-qalb lill-Maestà tiegħek u lill-membri tal-familja rjali,” hekk kiteb is-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Pietro Parolin, f’telegramma ndirizzata lir-Reġina Eliżabetta.

“Filwaqt li fakkar fid-devozzjoni tal-Prinċep Philip għaż-żwieġ u l-familja tiegħu, r-record distint tiegħu ta’ servizz pubbliku u l-impenn tiegħu għall-edukazzjoni u l-avvanz tal-ġenerazzjonijiet futuri, l-Qdusija Tiegħu jirrakkomandah għall-imħabba ħanina ta’ Kristu redentur tagħna,” kiteb il-Kardinal. “Fuqek u fuq dawk kollha li dispjaċihom mit-telfa tiegħu, bit-tama żgura tal-qawmien, Il-Qdusija Tiegħu jinvoka l-barkiet tal-Mulej ta’ konsolazzjoni u paċi”, temm jgħid.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-04/pope-francis-condolence-telegram-prince-philip-elizabeth-parolin.html