Frak tad-Deheb 3

Print Friendly, PDF & Email

Kejjel il-ħajja mhux bin-numru ta’ nifsijiet li tieħu, imma b’dawk il-meravilji li jħalluk bla nifs 

Darba Abraham Lincoln sema’ wieħed imaqdar ħabib tiegħu. Lincoln tah parir li jiktiblu ittra fejn iniżżel it-tgħajjir li kien jistħoqqlu.  Imma mbagħad, l-ittra ma jibagħtiex, għax żgur se jħossu tajjeb li żvoga bil-kitba bla ma jkun weġġa’ lil ħadd.

Il-ġustizzja t’Alla hija ħanina, il-ħniena t’Alla hija ġusta  Papa  Franġisku

Xi ħwejjeġ iridu jitwemmnu biex tarahom    Ralph Hodgson

Il-verita’ tiflaħ għad-daqqiet ta’ sieq il-jum kollu, u sa filgħaxija  xorta  ssibha tonda u sħiħa        Oliver Wendell Holmes

Il-bniedem hu l-unika annimal li jidħak u jibki, għax hu milqut bid-differenza li hemm bejn kif inhuma l-affarijiet u kif suppost ikunu     William Hazlitt

Biex tkisser il-liberta’ ta’ poplu, tih flus u rigali aktar milli jistħoqqlu Plutarku

Kommunist hu bħal kukkudrill: Meta jiftaħ ħalqu ma tkunx taf jekk hux qed jipprova jitbissem jew jipprepara biex jibilgħek     Winston Churchill

Għandna bżonn mexxejja li jħobbu l-ġustizzja mhux il-flus, u jħobbu l-umanita’ mhux il-pubbliċita’     Dr Martin Luther King

Fejn ma ssibx imħabba, qiegħed l-imħabba, u ssib l-imħabba     San Ġwann   tas-Salib

L-iktar jum mitluf ta’ ħajtek hu dak fejn ma tidħakx; l-aqwa ħwejjeġ tad-dinja huma (i) ix-xemx  (ii) il-mistrieħ  (iii) l-eżerċizzju  (iv) id-dieta  (v) ir-rispett tiegħek innifsek  (vi) il-ħbieb.      Charlie Chaplin

Fil-logħob tagħna ninkixfu xi kwalita’ ta’ nies aħna        Ovidju

Ħabib hu xi ħadd li jaċċettani kompletament         Ene  Riisna

It-talb jibdel l-affarijiet?  Le.  It-talb jibdel lill-bnedmin u l-bnedmin jibdlu l-affarijiet           Burton Hillis

Iċ-ċivilizzazzjoni hija sempliċi process bil-mod ta’ kif titgħallem tkun qalbek tajba       Charles Lucas

Nies ċivilizzati kullimkien għandhom idejal komuni, u dawn l-idejali għandhom forza li tgħaqqadhom         U Thant (Segretarju tan-Nazzjonijiet Uniti)

Ix-xmajjar ma jixorbux l-ilma tagħhom; is-siġar ma jiklux il-frott tagħhom; ix-xemx ma tiddix fuqha nfisha; u l-fjuri ma jifirxux il-fwieħa għalihom.  Li tgħix għall-oħrajn hija liġi tan-natura.  Aħna twelidna biex ngħinu lil xulxin.  Il-ħajja tajba meta tkun ferħan;  imma tkun ferm aħjar meta oħrajn jiksbu l-ferħ bis-saħħa tiegħek      Papa Franġisku

Miġbura minn Edward Tagliaferr0

%d bloggers like this: