Il-Papa dwar l-immigranti

Papa Franġisku: “L-immigranti fuq il-baħar m’għandhom qatt jiġu mċaħda mill-għajnuna”

Waqt li kien qed jindirizza lil dawk miġbura fi Pjazza San Pietru għat-talba tar-Reġina Coeli, l-Papa Franġisku dawwar il-ħsibijiet tiegħu għat-telfa traġika tal-ħajjiet ta’ diversi persuni, fil-baħar Mediterran. Għandna għaliex nistħu, qal il-Papa, waqt li fakkar il-130 vittma li fl-aħħar jiem tilfu ħajjithom, huma u jaqsmu l-baħar Mediterran.

F’appell mill-qalb, il-Papa Franġisku assigura l-qrubija tiegħu ma’ dawk in-nies li “għal jumejn sħaħ talbu għalxejn għall-għajnuna, u din l-għajnuna qatt ma waslet”. “Dawn huma nies”, qal il-Papa. “Huma ħajjiet umani”. Il-Papa mbagħad talab lil kulħadd jistaqsi lilu nnifsu “dwar din id-disa’ traġedja”.

“Huwa mument tal-mistħija”, kompla l-Papa, “Nitolbu għal dawn ħutna, u għal tant li jibqgħu jmutu f’dawn il-vjaġġi drammatiċi. Nitolbu wkoll għal dawk li jistgħu jgħinu imma jippreferu jħarsu n-naħa l-oħra. Nitolbu fis-skiet….”

Il-Papa Franġisku talab ukoll għall-vittmi fl-Iraq, fejn sptar f’Bagdad, għal dawk li jbatu bil-Covid-19 ħa n-nar. S’issa 82 huma mejta. Il-Qdusija Tiegħu dawwar ukoll il-ħsibijiet tiegħu u wera l-viċinanzi tiegħu lejn il-populazzjoni “tal-gżejjer ta’ San Vinċenz u Granadine, fejn żbrova vulkan li qed jikkawża ħsarat kbar u nkonvenjenza.”

Fl-aħħar, il-Papa Franġisku fakkar li l-Ġimgħa li għaddiet f’Santa Cruz del Quichè, ġew ibbeatifikati Josè Marìa Gran u disa’ sħabu martri, tliet saċerdoti u seba’ lajċi mill-Kongregazzjoni tal-Missjunarji tal-Qalb ta’ Ġesù, “Maqtula bejn l-1980 u l-1991, fiż-żmien ta’ persekuzzjoni kontra l-Knisja Kattolika, li kienet impenjata għad-difiża tal-foqra.” L-Papa saħaq, li “animati mill-fidi fi Kristu, kienu xhieda erojċi tal-ġustizzja u l-imħabba.  J’Alla l-eżempju tagħhom jagħmilna aktar ġenerużi u kuraġġużi biex ngħixu l-Evanġelju.”

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-04/pope-francis-appeals-migrants-mediterranean-regina-coeli-easter.html