Il-Papa Franġisku jagħti tagħmir mediku lill-Armenja

Il-Ħadd, ir-rappreżentant tal-Papa fl-Armenja, l-Arċisqof Jose Bettencourt, wasal sinjal konkret li l-Qdusija Tiegħu jagħti każ. In-Nunzju Appostoliku bierek rigal li ngħata mill-Papa Franġisku għall-Isptar Kattoliku ‘Redemptoris Mater’, li jinsab fil-belt ta’ Ashotsj, fit-tramuntana tal-Armenja.

Skont stqarrija mill-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, ir-rigal kien jikkonsisti f’ambulanza ġdida, mgħammra bl-aħħar tagħmir mediku mobli u respiraturi tal-emerġenza, biex jgħinu lill-pazjenti bil-Covid-19.

Id-Direttorat tas-Saħħa Kattolika tal-pajjiż xtara wkoll għall-isptar, apparat mediku addizjonali biex jittestja u jikkura pazjenti bil-Covid-19. L-Armenja tidher li qed toħroġ mit-tielet mewġa t’infezzjonijiet tal-koronavirus. Il-popolazzjoni tal-pajjiż li hi iktar minn 3miljun ruħ, irreġistrat biss 410 każijiet ġodda matul l-aħħar 24 siegħa.

Diversi organizzazzjonijiet tal-Vatikan ingħaqdu flimkien biex jiffaċilitaw il-wasla tar-rigal tal-Papa Franġisku. Il-‘Fondazzjoni Samaritan it-Tajjeb’, aġenzija umanitarja, li hija parti mid-Dikasteru għall-Promozzjoni tal-Iżvilupp Uman Integrali, kif ukoll in-Nunzjatura Appostolika fl-Armenja, ħadu sehem fil-ġest tal-ħniena. Ir-rigal tal-Papa ġie jum wara t-tifkira tal-Ġenoċidju Armen, li jfakkar fil-qtil brutali ta’ għadd ta’ Insara Armeni f’idejn l-Imperu Ottoman, matul l-Ewwel Gwerra Dinjija.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-04/pope-francis-donates-health-equipment-armenia.html