Il-Papa Franġisku jsellem lill-ommijiet

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku jsellem lill-ommijiet kollha hekk kif diversi pajjiżi jiċċelebraw Jum l-Omm, u jitlob għall-vittmi t’attakk fl-Afganistan u għat-tensjonijiet soċjali li qed jaħkmu l-Kolombja.

Hekk kif tfal żgħar u kbar madwar id-dinja jiċċelebraw Jum l-Omm, il-Papa Franġisku bagħat tislima speċjali lill-ommijiet kollha. “Insellmu lill-ommijiet kollha tad-dinja, anke lil dawk li mietu,” qal il-Papa. “Ċapċipa kbira għall-ommijiet!”

F’appell separat fl-indirizz tar-Reġina Coeli tal-Ħadd, il-Papa talab ukoll għall-vittmi t’ attakk terroristiku fl-Afganistan. Aktar minn 50 persuna nqatlu nhar is-Sibt f’Kabul, li ħafna minnhom kienu studenti li telqu mill-iskola sekondarja tal-bniet. Il-Papa Franġisku sejjaħlu bħala “azzjoni inumana”, u ħeġġeġ lil kulħadd biex jitlob għall-vittmi u l-familji tagħhom. “U jalla Alla jagħti l-paċi lill-Afganistan,” huwa talab.

Il-Papa kompla jesprimi t-tħassib tiegħu għall-ġlied vjolenti u t-tensjoni soċjali li qabad fil-Kolombja. Għexieren ta’ nies mietu u mijiet ndarbu wara li faqqgħu protesti fin-nazzjon tal-Amerika Latina fit-28 ta’ April. Il-protesti tqanqlu minn riforma tat-taxxa proposta mill-gvern, li minn dakinhar ġew irtirati. Il-moviment issa jinkludi sejħiet għal kura tas-saħħa, edukazzjoni u pensjonijiet aħjar. Il-Papa Franġisku lmenta l-imwiet, u talab lil kulħadd biex jitlob għall-Kolombja.

Fl-aħħarnett, il-Papa sellem lil dawk kollha li jbatu minn fibromyalgia, disturb li jikkawża uġigħ estrem u telf ta’ rqad u memorja, kif ukoll tbdil fil-burdata. “Nesprimi l-qrubija tiegħi,” qal il-Papa Franġisku, “u nispera li tingħata aktar attenzjoni lil din il-marda li spiss tiġi injorata.” L-Erbgħa, 12 ta’ Mejju, se jkun immarkat bħala l-Jum Internazzjonali ta’ Għarfien dwar il-Fibromyalgia.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-05/pope-francis-mothers-day-greetings-colombia-afghanistan.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading