“Is-sitwazzjoni ambjentali hija sejħa biex naġixxu ‘b’urġenza’

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku qal li nuqqas ta’ tittieħed ta’ azzjoni fil-protezzjoni tal-ħolqien, qed iħallu konsegwenzi koroh fuq il-pjaneta u għall-ġenerazzjonijiet futuri. F’messaġġ mibgħut fl-4 ta’ Ġunju biex jimmarka t-tnedija tal-“Unjoni Ewropea, 10 snin dwar ir-Restawr tal-Eko-sistema”, l-Papa qal li s-sitwazzjoni attwali “ssejħilna b’urġenza biex naġixxu b’mod responsabbli lejn il-ħolqien u biex nirranġaw n-natura li ilna nisfruttaw u nagħmlu ħsara għal żmien twil.” “Għandna bżonn li nieħdu ħsieb lil xulxin, b’mod speċjali lid-dgħajfa.” Il-Qdusija Tiegħu saħħaq li hemm bżonn jieqaf l-isfruttament u l-qerda tal-bnedmin u tan-natura.  

Skond il-websajt tan-Nazzjonijiet Uniti fuq ir-‘Restawr tal-Eko-sistema’, l-għan hu “li jipprevjeni, jwaqqaf u jreġġa’ lura d-degradazzjoni tal-ekosistemi f’kull kontinent u f’kull oċean.” L-għan irid jintlaħħaq sal-2030, żmien li x-xjentisti jdentifikaw bħala l-aħħar ċans biex jipprevjenu l-bidla katastrofika fil-klima.

Fil-messaġġ tiegħu, l-Papa qal li kull bniedem huwa “parti minn dan ir-rigal tal-ħolqien, u jekk ma nħarsux l-ambjent, nirriskjaw li neqirdu l-bażi stess li niddependu minnha.” Il-Papa qal ukoll li l-isfruttament u l-qerda tar-riżorsi naturali tad-Dinja, kif ukoll il-pandemija globali, qed jiżvelaw “il-konsegwenzi nġusti ta’ xi aspetti tas-sistemi ekonomiċi li jipproduċu effetti gravi fuq is-soċjetajiet umani u anke l-estinzjoni tal-massa ta’ diversi speċi.”

Għalkemm “għad fadlilna ftit ħin”, il-Kap tal-Knisja Kattolika esprima t-tama tiegħu li l-inizjattiva ta’ għaxar snin, kif ukoll il-konferenza COP26 li jmiss dwar it-tibdil fil-klima, u li ser issir fi Glasgow, l-Iskozja, “tgħin biex tagħtina t-tweġibiet it-tajba biex nerġgħu nirrestawraw l-eko-sistemi kemm permezz t’azzjoni b’saħħitha fuq il-klima, kif ukoll fit-tixrid ta’ għarfien u kuxjenza.” “Id-degradazzjoni tel-eko-sistema hija riżultat ċar ta’ ekonomija li mhux tiffunzjona”, qal il-Papa. “Ir-restawr tal-ħsara tan-natura li għamilna, jfisser, li l-ewwel irridu nirrestawraw lilna nfusna.”

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://cruxnow.com/vatican/2021/06/environmental-situation-is-a-call-to-act-with-urgency-pope-says/

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading