Malta u Għawdex ser jingħaqdu mal-kumplament tad-dinja f’kuruna ta’ Rużarju.

Illum, il-Ġimgħa 11 ta’ Ġunju 2021 niċċelebraw is-Solennità tal-Qalb l-aktar Imqaddsa ta’ Ġesù.
Għal ħames sena konsekutiva, minn Malta u Għawdex ser nieħdu sehem fil-Global Rosary Relay ċelebrat internazzjonalment kull sena fis-Solennità tal-Qalb ta’ Ġesù.
L-intenzjoni ta’ din il-kuruna dinjija ta’ Rużarju tkun dejjem għall-Qdusija tas-Saċerdoti.
Din is-sena minn Malta u Għawdex ser ikunu qed jieħdu sehem …
7.30am Mill-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp fil-Kalkara …
1.00pm Mill-Bażilika Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu fl-Għarb …
5.00pm Mill-Kappella ta’ Santa Marija Madalena f’ Ħad-Dingli …
Tista’ ssegwi minn din il-paġna tal-Laikos … http://www.laikos.org/grr.htm