Grupp ta’ ‘esperti’ tal-Ġnus Magħquda mistennija joħorġu stqarrija bil-għan li tisforza lis-Santa Sede u lill-Knisja Kattolika sabiex jesprimu l-qbil tagħhom mal-abort u l-ideoloġija tal-ġender; dan se jippruvaw jagħmluh billi jitolbu lill-Vatikan ‘jieħu l-passi kollha neċessarji sabiex jipprevenu l-abbuż.’
L-aħħar sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet Umani tas-Santa Sede ltaqgħet nhar il-21 ta’ Ġunju; f’din il-laqgħa kien hemm diversi rapporteurs speċjali li għandhom l-għan li jħeġġu lis-Santa Sede sabiex tintroduċi l-miżuri kollha meħtieġa sabiex ikun evitat l-abbuż sesswali. L-istqarrija tmur lil hinn mill-kapaċitajiet tal-esperti tal-Ġnus Magħquda; jinħass t-tentattiv li tkun imminata d-duttrina Kattolika billi jinqdew bl-iskandli tal-abbuż sesswali.
Rapport għal-Laikos minn Fr Geoffrey G. Attard.