Suġġerimenti għat-Talbiet tal-Fidili u biex issir tifkira tal-anzjani li mietu fil-Pandemija. Il-Ħadd 25 ta’ Lulju 2021.
- Għall-Knisja, biex ta’ kuljum twettaq il-miraklu tat-tkattir tal-ħobż tal-ħajja u tal-Kelma tas-salvazzjoni ħalli ħadd ma jonqsu l-meħtieġ għall-ħajja u għat-tama li ġejja mill-fidi. Nitolbu wkoll għall-ministeru tal-Papa Franġisku. Nitolbu.
- Għall-anzjani kollha, biex jgħixu d-don tax-xjuħija, bl-umiltà, bil-ħlewwa u bil-ġenerożità; biex id-dgħufija tagħhom ma tfixkilhomx milli jkunu qawwija fl-imħabba, ta’ faraġ għall-fqar, u ta’ għajnuna għaż-żgħażagħ. Nitolbu.
- Għaż-żgħażagħ, biex quddiem il-ġuħ għall-ħtiġijiet tal-bnedmin madwarhom u għall-paċi fid-dinja, ma jitfixklux bil-ftit li għandhom, iżda jemmnu l-wegħda tal-Mulej u jagħtu lilu dak li għandhom biex hu jibdlu għal kulħadd fl-ikel meħtieġ. Nitolbu.
- Għan-nanniet, biex jagħrfu jsieħbu bl-għerf il-familji tagħna u biex jgħaddu t-teżor tal-fidi lin-neputijiet u lill-ġenerazzjonijiet ġodda. Nitolbu.
- Għall-anzjani li jinsabu waħidhom, mixtieqa mit-tgħanniqa ta’ xi ħadd għażiż, biex ħadd ma jgħix fis-solitudni, iżda kulħadd ikun mgħejjun minn xi ħadd li jġib ruħu miegħu jew magħha ta’ anġlu mibgħut minn Alla u jħoss titwettaq fil-ħajja ta’ issa l-wegħda tal-Mulej: “Jien magħkom il-jiem kollha ta’ ħajjitkom”. Nitolbu.
- Għall-morda biex jiksbu l-fejqan, biex tbatti l-pandemija, biex ma nħallu lil ħadd waħdu fil-mard, u biex il-kura tiġi offruta lil kulħadd, ukoll lill-pajjiżi fqar. Nitolbu.
- Biex iż-żgħażagħ u l-anzjani, jagħrfu li rċevew l-istess sejħa, l-istess fidi, l-istess magħmudija, ħalli jgħixu l-jiem ta’ ħajjithom fis-sliem, fl-għaqda u fil-ħbiberija. Nitolbu.
- Għal dawk l-anzjani tal-komunità tagħna li f’dawn ix-xhur mietu minħabba l-pandemija u għal dawk li ħadd ma jiftakar fihom, biex il-Mulej jilqagħhom fis-saltna tal-paċi u l-hena ta’ dejjem. Nitolbu.
- Niftakru b’mod partikulari f’…
(hawnhekk jinqraw wieħed wara l-ieħor l-ismijiet tal-anzjani li mietu fil-parroċċa waqt il-pandemija, b’attenzjhoni speċjali li ma jitħalla ħadd barra). Waqt li jinqarw l-ismijiet tinxtegħel xemgħa u titqiegħed f’riġlejn l-altar. Il-qari ta’ dawn l-ismijiet jista’ jkun akkumpanjat b’mużika fl-isfond. Ma’ kull isem, minflok ismagħana, itolbuk, Mulej il-ġemgħa tista’ titlob Agħtih/Agħtiha Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.