BARKA TAL-GĦELUQ FUQ L-ANZJANI U WARA SSIR IL-BARKA TAS-SOLTU
O Alla, għajn ta’ kull ħniena,
li żejjint lil dawn ħutna b’don ta’ ħajja twila,
imliehom, nitolbuk bil-barka tiegħek.
℟. Ammen.
Agħmel li jħossu l-ħlewwa u l-qawwa tal-preżenza tiegħek,
biex huma u jitfgħu ħarsithom lejn l-imgħoddi,
jithennew bil-ħniena tiegħek.
℟. Ammen.
Agħmel li waqt li jħarsu lejn il-ġejjieni
jitħeġġu u jitwettqu fit-tama li ma tmut qatt.
℟. Ammen.
U lilkom ilkoll li tinsabu hawn miġbura,
iberikkom Alla li jista’ kollox,
il-Missier u l-Iben X u l-Ispirtu s-Santu.
Morru u agħtu tifħir u glorja lil Alla b’għemil ta’ ħniena u mħabba.
℟. Inroddu ħajr lil Alla.