Għanijiet pastorali tal-Jum in-Nanniet u l-Anzjani

Print Friendly, PDF & Email

JUM DINJI TAN-NANNIET U L-ANZJANI

  1. L-ewwel Jum Dinji tan-Nanniet u tal-Anzjani qed jiġi ċċelebrat f’sitwazzjoni, fejn f’xi pajjiżi, l-anzjani għadhom ma jistgħux jieħdu sehem fil-Quddiesa billi jmorru l-knisja fiżikament.
  • Biex il-messaġġ ta’ solidarjetà u faraġ li dan il-jum irid iwassal jilħaq lil kulħadd, il-familjari għandhom ikunu mħeġġa jżuru lin-nanniet u lill-anzjani li jinsabu waħidhom fil-komunità u jqassmulhom u/jew jaqrawlhom siltiet mill-messaġġ tal-Papa.
  • Din iż-żjara, sinjal konkret tal-Knisja li toħrog ’l barra mis-sagristija, hu mod biex infakkru – fi żmien mgħobbi bit-tbatija tad-distanza soċjali minħabba l-pandemija – li minkejja l-ħtieġa li nħarsu r-regoli mogħtija mill-awtoritajiet tas-saħħa, hemm mod kif inkunu qrib l-anzjani.
  • Iż-żjara turi l-għażla personali li nqumu u nmorru nħaffu lejn l-oħrajn (ara Lq 1, 39) kif għamlet Marija meta marret iżżur lill-qariba anzjana tagħha Eliżabetta.
  • Iż-żjara hi okkażjoni għan-neputijiet, għat-tfal u għaż-żgħażagħ biex jgħaddu l-messaġġ “Jien miegħek f’dan il-jum!” lin-nanniet u lill-anzjani li jżuru.
  • Iż-żjara tista’ tkun okkażjoni biex jieħdu rigal ċkejken p.e. fjura, u biex jaqraw flimkien it-talba tal-Jum Dinji jew jgħidu magħhom xi talb ieħor, imqar posta Rużarju.
  • Dan il-jum jista’ tkun okkażjoni li toffri possibiltà lill-anzjani, l-aktar lil dawk li ilhom ma joħorġu mid-dar, biex jitħeġġu ħalli jersqu lejn is-sagrament tal-qrar u t-tqarbin, iktar u iktar jekk dan ma jkunx qed iseħħ diġa’.
  • Kif spjegat aktar ’l quddiem, fl-okkażjoni ta’ din iż-żjara fil-Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani, qed tingħata l-indulġenza plenarja.
  • F’dawk il-postijiet, li minħabba raġunijiet ta’ din l-emerġenza tas-saħħa, għad mhux permess iż-zjajjar lill-persuni, bi ftit ta’ kreattività u mħabba jistgħu jinstabu modi biex l-anzjani jintlaħqu permezz tat-telefon u l-mezzi soċjali. Tkun ħaġa sabiħa wkoll li jgħallmu lill-anzjani jużaw il-mezzi soċjali, jekk ma jkunux jafu kif, biex bihom jikkomunikaw mal-qraba u l-ħbieb tagħhom, anke f’residenzi oħra.
  1. Biex jixtered il-messaġġ tal-ġurnata ritratti taż-żjarat u attivitajiet oħra jistgħu jiġu mehmuża fuq hashtag #IamWithYouAlways

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.