Il-Patt tal-katakombi

Print Friendly, PDF & Email

Il-Patt tal-katakombi lejn Knisja fqira u qaddejja

Fis-16 ta’ Novembru 1965, ftit jiem qabel l-għeluq tal-Konċilju Vatikan II, 42 isqof iltaqgħu fil-Katakombi ta’ Domitilla, f’Ruma.

F’dak il-post qaddis fejn hemm insara midfunin, iċċelebraw l-Ewkartistija u ffirmaw dokument li jesprimi l-impenn personali tagħhom bħala isqfijiet lejn l-idejali tal-konċilju. Dan id-dokument baqa’ magħruf bl-isem suġġestiv ta’ “Il-Patt tal-Katakombi”.

Dan id-dokument instab traskritt b’mod sħiħ fil- “Chronicle of Vatican II” miktub mill-isqof Franġiskan Bonaventura Kloppenburg. Huwa semma d-dokument bl-isem “Il-Patt lejn Knisja Qaddejja u Fqira”. Huwa magħruf li l-isqfijiet li għamlu dan il-patt kienu mmexxija mill-Arċisqof Helder Câmara ta’ Recife, il-Brażil, figura rispettata ħafna fejn tidħol il-ġustizzja u l-paċi. Iżjed tard, il-Kardinal Roger Etchagaray, li kien serva ta’ president onorarju tal-Kunsill Pontifiċju Ġustizzja u Paċi, iffirmah huwa wkoll.

Ara t-test kollu tal-Patt https://www.laikos.org/vii_patto_catacombe_16111965.htm

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.