Il-Papa jħeġġeġ lin-nies biex jitlaqqmu kontra l-Covid-19

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku ngħaqad mal-Isqfijiet madwar l-Amerika ta’ Fuq u dawk t’Isfel biex iħeġġeġ lin-nies biex jitlaqqmu kontra l-Covid-19. F’messaġġ awdjo-viżiv, l-Papa Franġisku faħħar ix-xogħol ta’ riċerkaturi u xjentisti fil-produzzjoni ta’ vaċċini siguri u effettivi għall-Covid-19. Il-Qdusija tiegħu qal li l-vaċċini “jġibu tama biex tintemm il-pandemija, kemm il-darba jkunu disponibbli għall-kulħadd u jekk nikkollaboraw ma’ xulxin”.

Il-Papa Franġisku kompla jgħid li tkun imlaqqab għall-Covid li hija “awtorizzata mill-awtoritajiet rispettivi” hija “att ta’ mħabba”. Li tgħin lil oħrajn jagħmlu l-istess huwa wkoll att ta’ mħabba. “L-imħabba għalik innifsek, l-imħabba għall-familja u l-ħbieb tagħna, u l-imħabba għall-popli kollha”. Il-Qdusija Tiegħu nnot li l-imħabba soċjali u politika tinbena permezz ta’ “ġesti żgħar u individwali li kapaċi jittrasformaw u jtejbu s-soċjetajiet”. “Li titlaqqam huwa mod sempliċi iżda profound biex nieħdu ħsieb lil xulxin, speċjalment l-aktar vulnerabbli”, huwa qal.

Il-Papa Franġisku talab lil Alla biex “kull wieħed minna jagħmel ġest żgħir ta’ mħabba. Ma jimpurtax kemm hu żgħir, l-imħabba hija dejjem kbira”, huwa qal. “Ġesti żgħar għal future aħjar”.

Fil-filmat ingħaqdu mal-Papa diversi Kardinali u Arċisqfijiet minn madwar l-Amerika biex iwasslu l-messaġġ tagħhom; fejn talbu lil Alla jagħtihom il-qawwa tal-fidi, li jiżguraw li t-tilqim ikun disponibbli għal kulħadd. L-Arċisqof Peruvjan Miguel Caberjos għalaq ix-xhieda li hemm fil-filmat b’appell għall-għaqda.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-08/pope-francis-appeal-covid-19-vaccines-act-of-love.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.