Qtil ta’ żewġ sorijiet fis-Sudan

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa jesprimi n-niket tiegħu minħabba l-qtil ta’ żewġ sorijiet fis-Sudan t’isfel

Il-Papa esprima d-dwejjaq profond tiegħu meta rċieva aħbar dwar “attakk brutali” li sar fuq grupp ta’ Sorijiet tal-Qalb ta’ Ġesù, li rriżulta fil-mewt ta’ Sister Mary Abud u Sister Regina Roba. Fit-telegramma, mibgħuta permezz tas-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Papa offra l-“kondoljanzi mill-qalb” tiegħu lill-familja u l-komunità reliġjuża tagħhom fil-mewġa ta’ dan l-“att vjolenti bla sens”. Huwa esprima t-tama tiegħu li “s-sagrifiċċju tagħhom se jmexxi ‘l quddiem il-kawża tal-paċi, r-rikonċiljazzjoni u s-sigurtà fir-reġjun” u offra talb għall-“mistrieħ etern tagħhom u l-faraġ lil dawk imnikta mit-telfa tagħhom”.

Iż-żewġ sorijiet inqatlu wara li ġew attakkati fit-triq li tgħaqqad il-kapitali tas-Sudan tan-Nofsinhar Juba ma’ Nimule, fil-fruntiera mal-Uganda. S-sorijiet, flimkien ma’ xi sorijiet u diversi persuni, kienu sejrin lura Ġuba wara li pparteċipaw fiċ-ċelebrazzjoni taċ-ċentinarju tat-twaqqif tal-parroċċa ta’ Loa, fid-djoċesi ta’ Torit, fejn il-knisja hija ddedikata t-Tlugħ ta’ Marija fis-sema. Huma kienu qed jivvjaġġaw fuq xarabank li ġiet attakkata minn irġiel armati. Sorsi lokali rrappurtaw li Sister Mary u Sister Reġina u tliet persuni oħra nqatlu waqt dan l-attakk.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-08/pope-s-expresses-grief-over-murder-of-two-nuns-in-south-sudan.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.