Caritas Malta tiġbor diversi servizzi taħt saqaf wieħed

Print Friendly, PDF & Email

Dan l-aħħar xahar, Caritas Malta ġabret diversi servizzi tagħha fil-komunitá  taħt saqaf wieħed, binja aċċessibbli li tinsab fi Triq Mountbatten, il-Ħamrun.

Din il-binja msejħa Caritas Community Centre, illum tospita dawk is-servizzi kollha li Caritas Malta ilha għal għexieren ta’ snin tikkoordina mill-Head Office  tagħha li kien jinsab fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana.

Servizzi soċjali, preventivi, riċerka u ta’ koordinament

  1. Servizz ta’ ‘counselling’ u ‘social work’ lil individwi u familji li jfittxu l-għajnuna.
  2. Support groups, fosthom dawk li jgħinu lil persuni separati u/jew għaddejjin minn problemi familjari, romol, u għal persuni li qed ibatu minn problemi emozzjonali u ta’ saħħa mentali; għall-persuni li għandhom dipendenza ta’ gambling u alkoħol u sapport lill-familji tagħhom.
  3. Servizz ta’ koordinament u appoġġ għall-ħidma soċjali fil-parroċċi permezz tal-Caritas Djakonia Unit.
  4. Servizzi mogħtija lill-anzjani permezz tal-‘HelpAge’,
  5. Servizz ta’ prevenzjoni, edukazzjoni u tagħrif fuq l-abbuż mid-droga u promozzjoni tal-benessere fl-iskejjel u l-postijiet tax-xogħol;
  6. Servizz bl-isem ‘SHIP’(second hand items project) – koordinament fi tqassim ta’ għamara.
  7. Kummissjoni għall-għajnuna ta’ emerġenza li tiġbor flus għal vittmi ta’ gwerer, diżastri naturali u traġedji, kemm lokali kif ukoll barra minn Malta.
  8. Riċerka u Advocacy dwar temi ta’ ġustizzja soċjali

 Outreach u Community Services

Dawn huma servizzi ta’ counselling għal persuni li għandhom dipendenza fuq sustanzi u orjentazzjoni għall-persuni lejn programm ta’ riabilitazzjoni fuq bażi ta’ outpatient. Dawn is-servizzi kollha jinkludu l-Family Unit li jagħti sostenn lill-familjari ta’ persuni li jabbużaw mid-droga.  inkluż ukoll id-drop-in centre. Dawn is-servizzi kollha qed jingħataw b’osservanza tad-direttivi tas-Sovvratendenza tas-Saħħa pubblika. Għal dawn l-aħħar 35 sena dawn is-servizzi kienu jiġu offruti minn dar fi Triq il-Kapuċċini l-Furjana.

Amministrazzjoni u faċilitajiet oħra

 Iċ-Ċentru jinkludi l-uffiċċini amministrattivi ta’ Caritas Malta, sala kbira fejn jistgħu jsiru attivitajiet soċjali, konferenzi u taħrig għall-staff u l-voluntiera, kif ukoll roof garden / cafeteria li joffri post ta’ rikreazzjoni u terapija. 

Dan iċ-Ċentru se jagħmilha possibbli li f’post ċentrali jinġabru dawn is-servizzi fil-komunitá taħt saqaf wieħed.

Dan il-proġett ambizzjuż ma kienx ikun possibbli mingħajr l-għajnuna tal-Knisja f’Malta li permezz ta’ Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna offriet il-binja; il-fondi li Caritas Malta kisbet mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Regjonali (ERDF.08.142) tal-Unjoni Ewropea; The National Development and Social Fund (NDSF); The Alfred Mizzi Foundation, flimkien ma’ benefatturi oħrajn li taw sapport u fondi interni li ġew investiti f’dan il-proġett.

Għal iktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit caritasmalta.org jew iċempel fuq 2219 9000.

Sors: www.knisja.mt

Ritratti: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading