Il-Kardinal Peter Erdo rnexxielu jistieden tlettax-il kardinal sabiex jaqsmu l-fehma tagħhom dwar l-Ewkaristija u kif din affetwat lil ħajjithom. Dawn se jitkellmu fil-Kungress Ewkaristiku f’Budapest li se jibda fil-5 ta Settembru 2021.

Fosthom hemm il-Kardinal Gerald Lacroix ta’ Quebec, il-Kardinal Charles Maung Bo ta’ Yangon, il-Kardinal Dominik Duka ta’ Praga, il-Kardinal John Onaiyekan tan-Niġerija, il-Kardinal Andrew Yeom Soo-jung tal-Korea u l-Kardinal Baltazar Porras ta’ Caracas. Il-Kardinal u Patrijarka Kaldew Louis Raphael Sako se jitkellem dwar l-Ewkaristija u l-persekuzzjoni. Se jitkellmu wkoll il-kardinal Orani Joao Tempesta ta’ Rio de Janeiro, il-Kardinal Angelo Bagnasco u l-kardinal Jean-Claude Hollerich, il-kardinal Josip Bozanic ta’ Zagreb fil-Kroazja, il-Kardinal Michael Fitzgerald u l-Kardinal Robert Sarah.
Rapport għal-Laikos minn Dun Goffrey G. Attard.