Il-Papa lil kull mara li qed tistenna tarbija: “Inti strument kbir f’idejn Alla.”
Papa Franġisku ħareġ vidjo b’messaġġ inkuraġġanti lill-ommijiet tqal li jitlob lill-Kattoliċi sabiex ikunu miftuħa għall-ħajja anke permezz tal-adozzjoni. ‘Irrid ngħid lil kull mara li qed tistenna tarbija: inti strument kbir f’idejn Alla għax se toffri ħajja ġdida lid-dinja’. Kompla: ‘Kull tarbija li tasal hija don ta’ Alla. Kull tarbija u f’kull każ, tkun xi tkun is-sitwazzjoni, għandha tintlaqa’ u tingħata merħba’ stqarr il-Papa fil-vidjo tal-25 t’Awwissu 2021.
Rapport għal-Laikos minn Dun Goffrey G. Attard.