It-Tfittxija għall-ferħ

Print Friendly, PDF & Email

Frak tad-deheb 1

Kulħadd ifittex l-ferħ.  Ħafna ma jsibuhx għax ifittxuh fil-postijiet jew f’oġġetti żbaljati.  Min jaf kieku naraw x’jgħidu xi ftit mill-esperti:

  • Il-ferħ  jikkonsisti f’attivita’ –  hu ilma ġieri mhux ilma qiegħed  John Mason  Good 
  • Bniedem tassew ferħan issibu jibni dgħajsa, jikteb sinfonija, jeduka ‘l uliedu, iħawwel il-fjuri jew ifittex il-bajd tad-dinosawri  W. Beran Wolfe
  • L-aqwa mediċina għall-inkwiet, dipressjoni, melankonija jew li toqgħod timmormra hi li tipprova sserraħ  lil ħaddieħor minn dawn l-istess sintomi Arnold Bennet
  •  Ħaġa waħda naf: l-uniċi fostkom li se jkunu tassew ferħana huma dawk li jkunu fittxew u sabu kif iservu  Dr Albert Schweitzer
  • Il-kurżita’ hija l-akbar garanzija ċerta biex tgawdi l-ħajja. Hemm bżonn urġenti biex ma tħallix dil-kurżita’ tonqos fik inti u tikber  Compton Mackenzie
  • Il-ferħ hu fwieħa li ma tistax troxxha fuq ħaddieħor bla ma jaqa’ xi ftit qtar fuqek    Ralph Waldo Emerson
  • L-iktar nies ferħana huma dawk li jaħsbu ħsibijiet l-aktar interessanti.  Huma dawk li jħobbu mużika tajba, kotba tajbin, films sbieħ, kumpanija tajba u konverżazzjoni mqanqla. U mhux biss ikunu ferħana huma, imma jkunu l-kawża ta’ ferħ fl-oħrajn  William Lyon Phelps
  • Henjin il-fqar fl-ispirtu għax tagħhom hi s-Salta tas-Smewwiet  Ġesu Kristu

Kitba ta’ Edward Tagliaferro

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.