Djarju Dar tal-Providenza 2022

Print Friendly, PDF & Email

Kull sena, id-Dar tal-Providenza tistampa djarju biex jitqassam lil kull familja f’Malta u Għawdex. Biex dan ikun possibli jkun hemm bżonn, mhux biss li jkun stampat, iżda wkoll li jiġi infilsat f’envelop qabel jitqassam. 

Bħalissa għadd kbir ta’ voluntiera qed jgħinu fil-proċess tal-infilsar, fosthom voluntiera mill-Parroċċi ta’ Ħ’Attard, ta’ San Ġużepp Ħaddiem f’Birkirkara u l-Mellieħa. Grupp ta’ voluntiera Għawdxin ukoll qed jgħinu f’din l-inizjattiva.  Bħal kull sena dan id-djarju jitqassam b’xejn f’kull dar mill-Maltapost plc.

Dawk li jixtiequ jgħinu fl-infilsar ta’ dawn id-djarji jista’ jibgħat imejl fuq info@dartalprovidenza.org jew iċempel fuq 21462844.

Sors: www.knisja.mt

Ritratti: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading