Wara l-Anġelus ta’ nhar il-Ħadd, il-Papa Franġisku esprima l-qrubija tiegħu man-nies tal-istat Venezwelan ta’ Merida, li ntlaqat minn xita qawwija li waslet għal diversi valangi.
It-traġedja ħalliet mill-inqas 17-il persuna mejta u aktar minn 20 oħra li huma nieqsa. F’Merida u stati ġirien, inqerdu aktar minn 8 elf dar. Żoni kbar tal-punent tal-Venezwela għadhom qed jitħabbtu b’xita qawwija, li tista’ ddum sa għaxart ijiem oħra.

Għalissa, il-prijorità hija t-tfittxija għal dawk neqsin, u huwa ċert li l-ammont ta’ mwiet se jiżdied.
Hekk kif ix-xita tkompli nieżla l-ilmijiet tal-għargħar qed jogħlew dejjem iktar, il-Papa Franġisku qed jinterċedi għan-nies milquta: “Qed nitlob għall-mejtin, il-familji tagħhom, u għal dawk kollha li qed ibatu b’riżultat ta’ din it-traġedja.”
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-08/pope-francis-prays-for-flood-victims-in-venezuela.html