VISTA PASTORALI LILL-PARROĊĊA
TA’ NOSTRA SIGNORA DI COROMOTO
OMELIJA TA’ GWANNI PAWLU II
Ruma, 15 ta’ Marzu 1981
1. “Bati int ukoll flimkien miegħi għall-Vanġelu” (2Tm 1,8).
B’dan il-kliem moqri fit-tieni qari bibbliku tal-liturġija tallum, San Pawl imur idur lejn Timotju.
L-istess kliem nixtieq intenni waqt li llum ġejt fil-parroċċa tagħkom. Aħdem ukoll int flimkien miegħi għall-Vanġelu.
Il-vista tal-Isqof fil-parroċċa għandha bħala skop li tirrikonferma l-irbit li jgħaqqad il-Komunità tagħkom mal-Knisja Rumana, imma għandha wkoll l-iskop li tippromwovi r-rianimazzjoni b’mod li tirrapreżenta impuls ġdid għall-ħajja nisranija, għas-sehem fl-evanġelizzazzjoni, jiġifieri għal dawk l-isforzi u l-irritazzjonijiet, li dwarhom jitkellem l-Appostlu, imġarrba għall-Vanġelu.
F’dan l-ispirtu, insellem lill-parroċċa tagħkom, li għandi l-okkażjoni li nżur fit-tieni Ħadd tar-Randan. It-tislima tiegħi tmur qabel kollox lill-Kardinal Vigarju u lill-Isqof taż-żona Monsinjur Remigio Ragonesi, li ħejjew sewwa il-laqgħa tagħna tallum. Insellem b’mod kordjali lill-kappillan tagħkom u lill-presbiteri kollaboraturi tiegħu, li jaħdmu b’żelu għall-ġid ta’ din il-Komunità. Barra minn dan jixirqilhom min isemmhom ir-reliġjużi nisa u rġiel, li hawn jiżvolġu attivita pastorali apprezzata u mistħoqqa. Insellem ukoll, b’mod speċjali, lill-Membri tal-Kunsill Pastorali, lill-katekisti li l-opra tagħhom hija tant prezzjuża, lir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet kattoliċi.
Ilkoll flimkien intom tikkoperaw għat-tkabbir nisrani ta’ din il-parroċċa, li hija kbira, imma żagħżugħa u għanja bl-enerġiji. L-ismijiet li jiddefenuha huma sinifikattivi: dak ta’ “Nostra Signora di Coromoto”, Patruna tal-Venezuela, ingħatalha biex jonora l-kontribut li ġie mingħand dak il-poplu ġeneruż tal-Amerka Latina; l-isem ta’ San Ġwann ta’ Alla, li kien l-ewwel wieħed li kkwalifikaha, jfakkar lil kulħadd il-karità lejn il-batuti, meta tqis li l-parroċċa tinsab f’waħda mll-iktar żoni ospidalieri ta’ Ruma. U hekk ir-reġġjun tal-Għoljiet Portuensi huwa mqiegħed taħt il-protezzjoni sikura, li ssir ukoll stimolu għall-impenn nisrani ta’ kulħadd, b’mod speċjali f’dan iż-żmien tar-Randan.
2. Ir-Randan jiġi ppreżentat mil-liturġija tallum b’xebħ ma’ mixja, bħal dik li għaliha l-Mulej sejjaħ lil Abraham.
Fl-ewwel qari, infatti, smajna l-kelma tal-Mulej: “Itlaq minn pajjiżek, minn art twelidek u minn dar missierek, lejn il-pajjiż li se nurik jien” (Ġen 12,1). U Abraham erħilha għal għonq it-triq bla tlaqliq, u bla ebda appoġġ ieħor minbarra dak tal-wegħda divina. Mela, għalina wkoll ir-Randan huwa mixja, li aħna mistiedna li niffaċċjaw b’determinazzjoni u billi nafdaw ruħna mill-proġetti li Alla għandu għalina. Ukoll jekk il-vjaġġ huwa mimli provi, San Pawl fit-tieni qari jassikurana li, bħal Timotju, hekk kull wieħed u waħda minna aħna “mgħejjunin mill-qawwa ta’ Alla” (2Tm 1,8). U l-pajjiż li lejh qegħdin nimxu huwa l-ħajja l-ġdida tan-nisrani, ħajja paskwali, li tistà tkun imwettqa biss mill-“qawwa” u mill-“grazzja” ta’ Alla. Din hija ta’ qawwa misterjuża, “li ngħatatilna minn Krisu Ġesù sa mill-eternità, imma kienet rivelata biss issa bid-dehra tas-salvatur tagħna Ġesù Kristu. Huwa rebaħ il-mewt u għamel jiddu l-ħajja u l-immortalità permezz tal-Vanġelu” (2Tm 1,9-10). L-ittra lil Timotju, imbagħad, tippreċiża li l-pajjiż tal-ħajja l-ġdida ingħata lilna a bażi ta’ vokazzjoni ħanina u assenjazzjoni da parti ta’ Alla, “”mhux diġa tal-opri tagħna, imma skont l-għan tiegħu u l-grazzja tiegħu” (2Tm 1,9). Għalhekk hemm bżonn li nkunu bnedmin ta’ fidi, bħal Abraham: bnedmin, jiġifieri, li ma jorbtux tant fuqhom infushom daqskemm pjuttost fuq il-kelma, fuq il-grazzja u fuq il-qawwa ta’ Alla.
3. Il-Mulej Ġesù, meta kien jgħix fuq l-art, skopra personalment flimkien mad-dixxipli tiegħu din il-mixja. Fuqu ivverifika wkoll dik il-ġrajja mhix tas-soltu, li jideskrivi l-Vanġelu tallum: it-trasfigurazzjoni tal-Mulej.
“Wiċċu sar jiddi bħax-xwmx u ħwejġu saru bojod bħad-dawl. U hekk hu dehru huma Mosè u Elija, jitkelmu miegħu” (Mt 17,2-3). Imma f’nofs il-ġrajja hemm il-kliem divin, li jagħtih il-veru sinifikat”: “Dan huwa Ibni l-maħbub, li bih jien nitgħaxxaq. Isimgħuh” (Mt 17,5). Hekk nifhmu li din hija kristofanija; jiġifieri it-trasfigirazzjoni tirrapreżenta r-rivelazzjoni tal-Iben ta’ Alla, li dwaru r-rakkont jenfasizza diversi ħwejjeġ: il-glorja, minħabba l-brillantezza miksuba; iċ-ċentralità u kważi s-sommarju tal-istorja tas-salvazzjoni, issinifikati mill-preżenza ta’ Mosè u Elija; l-awtorità profetika, proposta b’mod leġittimu mill-istedina mandatorja: “Isimgħuh”; u fuq kollox il-kwalifika ta’ “iben”, li tenfasizza r-rapporti stretti u uniċi eżistenti bejn Ġesù u l-Missier ċelesti.
Il-kliem tat-trasfigurazzjoni, barra minn dan, itenni dak diġa preżenti fir-rakkont tal-magħmudija fil-Ġordan, kważi biex jissinifika li wkoll wara li kien terraq mixja preċiża fil-ħajja pubblika tiegħu, Ġesù baqà l-istess “Iben għażiż”, kif kien ġie pproklamat fil-bidu.
L-Appostli juru il-ferħ tagħhom: “Sabiħ għalina li nibqgħu hawn” (Mt 17,4). Imma Kristu jgħarrafhom li l-avveniment tal-Muntanja Tabor jinsab biss fit-triq lejn ir-rivelazzjoni tal-misteru paskwali: “La tgħidu lil ħadd dwar din id-dehra, sakemm Bin il-bniedem ma jkunx qam mill-Imwiet” (Mt 17,9).
Il-mixja tar-Randan, li l-Mulej Ġesù wettaq matul ħajtu fuq l-art, flimkien mad-dixxipli, ikompli jwettaqha flimkien mal-Knisja. Ir-Randan huwa l-perijodu ta’ preżenza ta’ Kristu, partikolarment qawwija, fil-ħajja tal-Knisja.
4. Hemm bżonn mela li nfittxu, b’mod speċjali u f’dan iż-żmien, il-viċinanza ma’ Kristu, “Sabiħ għalina li nibqgħu hawn” (Mt 17,4).
Jnħtieġ li ngħixu fl-intimità miegħu; niftħu quddiemu qalbna, il-kuxjenza tagħna; nitkellmu miegħu hekk, bħal ma nisimgħu fis-Salm responsorjali tal-liturġija tallum: “Mulej, ħa tkun fuqna l-grazzja tiegħek, għaliex fik nittamaw” (Sal 33,22).
Ir-Randan huwa appuntu perjiodu li fih il-grazzja għandha tkun b’mod speċjali “fuqna”.
Għal dan huwa meħtieġ li sempliċement ninfetħu għaliha; infatti, il-grazzja ta’ Alla mhijiex tant oġġett ta’ konkwista, daqskemm ta’ aċċettazzjoni disponibbli u ferrieħa, bħal ma għal rigal, mingħajr ma nagħmlu impedimenti. B’mod konkret dan huwa possibbli, qabel xejn, permezz ta’ atteġġjament ta’ talb profond, li jitlob appuntu l-interzjar ta’ djalogu mal-Mulej; imbagħad permezz ta’ atteġġjament ta’ umiltà, ladarba l-fidi hija l-adeżjoni tal-moħħ u tal-qalb għall-Kelma ta’ Alla; u fl-aħħarnett, permezz ta’ mġieba ta’ karità awtentika, li tħalli ssr magħrufa l-imħabba kollha. Li tagħha aħna diġa konna oġġett min-naħa tal-Mulej.
5. Bħal Abraham, li lilu Alla ordnalu biex jerħilha għal għonq it-triq, hekk ukoll aħna erħejnilha mill-ġdid għal għonq it-triq tar-Randan, li fi tmiemha hemm il-Qawmien mill-Imwiet.
Naraw lil Kristu, l-Iben għażiż, li bih il-Missier tgħaxxaq (cf. Mt 17,5).
Naraw lil Kristu, li jirbaħ il-mewt u jagħmel tiddi l-ħajja u l-immortalità permezz tal-Vanġelu (cf. 2Tm 1,10).
U għalhekk: imweżnin mill-qawwa ta’ Alla, hemm bżonn li nissieħbu fl-isforzi u fl-isfortuni issapportjati mill-Vanġelu! (cf. 2Tm 1,8).
Dan il-kliem tal-ittra lil Timotju jiftaħ ukoll program nobbli u mpenjattiv għal kull nisrani f’ħajtu ta’ kuljum. Dan huwa l-program tal-evanġelizzazzjoni, jiġifieri tas-sehem fit-tixrid tal-messaġġ evanġeliku. Bħal ma Kristu “għamel tiddi l-ħajja u l-immortalità permezz tal-Vanġelu” (2Tm 1,10), hekk imissna nagħmlu aħna wkoll: hekk imissha tagħmel il-parroċċa kollha. Dan huwa, jiġifieri, li nġegħlu lis-soċjetà u lid-dinja jaraw li l-Vanġelu, bid-dawl tiegħu ipproġettjat fuq il-mixja tal-umanità (cf. Sal 119,105), huwa sors ta’ ħajja, u ta’ ħajja immortali.
Hemm bżonn li n-nisrani juri lil kulħadd il-verità tal-istqarrija ta’ Pietru: “Mulej, għand min inmorru? Inti għandek il-kelma taħajja ta’ dejjem” (Ġw 6,68). Il-bnedmin jridu jifhmu li bil-qbil ma’ Kristu, mhux biss m’għandhom xejn x’jitilfu, imma għandhom kollox x’jiggwadanjaw, ladarba ma’ Kristu l-bniedem isir iktar bniedem (cf. Gaudium et Spes, 41).Imma għal tali għan hemm bżonn xhieda; u din jistgħu jtuha biss id-dixxipli stess ta’ Ġesù, jiġifieri l-insara, li lilhom San Pawl diġa kiteb: “Hemm bżonn li tiddu bħal kwiekeb fid-dinja, billi żżommu fil-għoli l-kelma tal-ħajja” (Fil 2,15-16).
U dan nistgħu nagħmluh b’eluf ta’ modi, skont l-okkupazzjonijiet differenti ta’ kull wieħed u waħda, fid-dar u fis-suq, fl-iskola u fil-fabbrika, fuq ix-xogħol u fil-ħin liberu.
U ladarba Ġesù Kristu huwa l-kbir fost ħafna aħwa” (Rm 8,29), nawguraw u nitolbu li, waqt li nassimilaw ruħna miegħu, aħna wkoll nistgħu nkunu magħduda minn Alla fost uliedu l-għeżież (cf. Mt 17,5).
Dawn huma l-wegħdi li jiena nagħmel illum lil kull wieħed u waħda minnkom. Dawn huma l-wegħdi li jien nestendi lill-parroċċa kollha tagħkom u ntenni, waqt li ntemm: aħdem int ukoll. Dan intennih lil kull wieħed u waħda minnkom, intennih lill-parroċċa kollha: aħdem int ukoll flimkien miegħi, l-Isqof ta’ Ruma, flimkien miegħi, aħdem int ukoll għall-Vanġelu.
Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb