Il-Papa, jum ieħor fis-Slovakkja

Print Friendly, PDF & Email

Jum ta’ fidi u ferħ fil-Lvant tal-pajjiż

Il-Papa Franġisku qattgħa t-tielet jum taż-żjara appostolika tiegħu fil-Lvant tas-Slovakkja. Fejn l-ewwel avveniment fil-programm tat-Tlieta kien iċ-ċelebrazzjonli tal-Liturġija Divina Biżantina, meqjusa bħala mument storiku u sinjal ta’ għaqda. Minn filgħodu kmieni n-nies marret bi ħġara lejn is-sala sportiva muniċipali fi Prešov, fejn saret iċ-ċelebrazzjoni biex ikunu jistgħu jaraw lill-Papa Franġisku. Hekk stqarret Marija mar-Radju tal-Vatikan, li għal din iċ-ċelebrazzjoni marret hi u żewġha u ħadu lit-tliet uliedhom magħhom.

Sussegwentement, il-Papa żar id-distrett Lunik IX ta’ Košice biex jiltaqa’ mal-kumunità Roma. Il-Papa ltaqa’ ma’ komunità li tgħix kuljum mingħajr s-servizzi bażiċi bħal ilma ġieri, gass u elettriku. B’din iż-żjara l-Papa kompla jenfasizza l-importanza li nersqu lejn dawk li huma fil-periferija tas-soċjetà. Atmosfera ferrieħa, bid-daqq ta’ mużika tradizzjoni laqgħet il-Papa Franġisku. Wara li sellem lil din il-komunità Roma, l-Qdusija Tiegħu qal “m’intomx marġiniati… Intom qegħdin fil-qalba tal-Knisja”. L-Papa ikkundanna d-diskriminazzjoni, l-preġudizzju kontra n-nies Roma, u għamel appell għall-integrazzjoni.

Fl-aħħar, iżda mhux l-inqas, il-Papa vvjaġġa lejn il-Lokomotiva Stadium f’Košice fejn l-atmosfera festiva kompliet, hekk kif għadda bil-‘Popemobile’ f’nofs baħar ta’ żagħżagħ. Wara li sema’ xhieda minn numru ta’ żgħażagħ, il-Papa Franġisku qal lill-eluf miġbura li “l-imħabba hija l-akbar ħolma tagħna fil-ħajja,… u meta toħlom bl-imħabba, tmurx tfittex effetti speċjali, imma tirrealizza li kull wieħed huwa speċjali. Kull wieħed minna huwa rigal u nistgħu nagħmlu ħajjitna rigal”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-09/pope-francis-slovakia-kosice-liturgy-roma-community-young-people.html

Ara d-diskorsi li għamel il-Papa Franġisku matul dan il-Vjaġġ Appostoliku …

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.