Il-Papa jitlob għar-resident tal-gżira La Palma wara l-iżbroff tal-vulkan.

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ħadd li għada, l-Papa Franġisku talab għan-nies fil-gżira Spanjola tal-Kanarja  La Palma, fejn l-iżbroff ta’ vulkan li seħħ fid-19 ta’ Settembru ġiegħel lil bosta residenti jaħarbu minn djarhom. Il-Papa ħeġġeġ lil kulħadd biex jitolbu bl-interċessjoni tal-Verġni Marija, li fil-gżira hija meqjuma bit-titlu tal-Madonna tas-Silġ, għall-ħaddiema li huma mferxin biex isalvaw.

Filwaqt li l-vulkan għadu ħiereġ minnu l-lava, l-awtoritajiet innutaw li l-Ħadd l-influss tal-lava naqas. Il-gvern tal-gżira qal li ma kien hemm “l-ebda inċident sinifikanti”, meta s-Sibt, parti mill-bokka tal-vulkan ċediet u ħarġet xmara oħra ta’ lava. Minħabba dan kellu jgħalaq minħabba waqgħa qawwija ta’ rmied vilkaniku li kesa r-runway. L-awtorità tal-ajruport Spanjola qalet li issa l-ajruport ta’ La Palma reġa’ qed jopera. Diversi turisti li kienu għal vaganzi fil-gżira spiċċaw ma jistgħux imorru lura lejn pajjiżhom peress li l-ajruport ma kienx qed jaħdem.

Uffiċjali issa ħallew lil xi residenti evakwati jiġbru affarijiet minn djarhom. “Bħalissa m’aħniex sejrin tajjeb, minħabba din it-traġedja, imma rridu ngħinu lil xulxin. Aħna lkoll mdejqin ħafna b’dak li ġara”, hekk stqar resident.

L-awtoritajiet qed jgħidu li l-evakwazzjoni ta’ 6 elef ruħ saret fil-pront biex evitaw jew illimitaw id-diżgrazzji f’din il-gżira ta’ madwar 85 elf residenti.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-09/pope-francis-appeal-spain-la-palma-volcano-displaced.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.