Il-fraternità u d-duttrina soċjali

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku: “Il-Fraternità u d-duttrina soċjali huma msejsa fuq l-imħabba ta’ Alla għall-umanità

“Il-qalba tal-Evanġelju hija t-tħabbira tas-Saltna ta’ Alla, li hija l-persuna ta’ Ġesù – l-Għimmanu-El – Alla magħna. Fih, fil-fatt, Alla juri b’mod definittiv il-proġett tiegħu ta’ mħabba għall-umanità, billi stabbilixxa lilu nnifs bħala s-Sid tal-ħolqien u daħħal fl-istorja tal-bniedem iż-żerriegħa tal-ħajja divina, li tittrasformah minn ġewwa.” 

Hekk kiteb il-Papa Franġisku fid-daħla tal-ktieb “Fraternità: Sinjal taż-Żminijiet”, li ġie miktub mill-Kardinal Michael Czerny u Fr. Christian Barone. Il-ktieb, ġie ppubblikat bit-Taljan mid-dar tal-Pubblikazzjoni tal-Vatikan, u se jiġi ppreżentat nhar il-Ħamis fl-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede.

Fid-daħla tal-ktieb, il-Papa spjega kif il-kunċett ta’ fraternità huwa msejjes fuq is-Saltna ta’ Alla. “Is-Saltna ta’ Alla ċertament mhix identifikabbli, jew li għandha titħawwad ma’ xi tip ta’ manifestazzjoni fuq l-art jew politika. Madankollu, m’għandhiex lanqas tkun identifikata b’realtà purament interna, personali u spiritwali, jew bħala wegħda biss għall-ħajja ta’ wara.” Il-Qdusija Tiegħu żied jgħid, li s-Saltna ta’ Alla, hija kemm hawn u issa, filwaqt li tibqa’ wegħda u għajta mibgħuta mill-Ħolqien għall-ħelsien sħiħ tagħha.

L-Kristjani, huma msejħa biex jgħinu fit-tkabbir tas-Saltna ta’ Alla fuq l-art, aspett soċjali tal-fidi Nisranija li qatt m’għandna ninsew, stqarr il-Papa. Huwa kompla jgħid, li s-Saltna ta’ Alla, tintwera fid-dinja tagħna fil-miżura li fiha s-soċjetà tkun mimlija “bil-fratenità, bil-ġustizzja, bil-paċi, u bid-dinjità għal kulħadd”. “F’dan is-sens, il-kura għal Ommna l-Art u l-isforzi bien nibnu soċjetà bbażata fuq is-solidarjetà, li fiha aħna ‘lkoll aħwa’, tinsab barra mill-ambitu tal-fidi, iżda huma l-manifestazzjoni konkreta tagħha”.

L-Papa Franġisku qal li l-fraternità u t-tagħlim soċjali tal-Knisja m’humiex barra t-teoloġija imma pjuttost għandhom għeruq sodi fl-imħabba ta’ Alla għall-umanità. Huwa kkonkluda d-daħla tal-ktieb billi kiteb: “Illum, hekk kif nimxu fit-triq mmarkata mill-Patrijiet tal-Konċilju, nindunaw li aħna fil-bżonn mhux biss ta’ Knisja fid-dinja moderna u fi djalogu magħha, imma fuq kollox Knisja li hija għas-servizz tal-umanità, li tieħu ħsieb il-Ħolqien, u tipproklama u turi fratenità universali ġdida, li fiha r-relazzjonijiet umani huma mfejqa mill-egoiżmu u l-vjolenza, u huma msejsa fuq l-imħabba reċiproka, li tilqa’, u ta’ solidarjetà.”

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-09/pope-francis-preface-fraternity-sign-times-czerny-barone.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.