Il-Papa Franġisku ser jiltaqa’ mal-foqra f’Assisi

Print Friendly, PDF & Email

Il-laqgħa f’Assisi, l-belt ta’ San Franġisk, se tkun waħda privata li matulha l-Papa Franġisku se jaqsam mumenti ta’ smigħ u talb ma’ madwar 500 persuna mill-Ewropa kollha. Dan qed issir bi tħejjija għall-Jum Dinji tal-Fqar, li ser jiġi ċċelebrat fl-14 ta’ Novembru.

Il-Jum Dinji tal-Fqar, l-Papa ried jagħmlu biex titqajjem kuxjenza u sejjaħ lill-bnedmin kollha ħa jisimgħu l-għajta tal-foqra. It-tema taċ-ċelebrazzjoni ta’ din is-sena hija mill-Evanġelju ta’ San Mark: “il-foqra dejjem magħkom isibuhom” Dan il-Jum Dinji ġie stabbilixxit fl-Ittra Appostolika tiegħu: Misericordia et Misera, maħruġa fl-20 ta’ Novembru 2016, biex tiċċelebra t-tmiem tal-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena.

Fi stqarrija stampa għall dan l-avveniment, il-Kunsill Pontifiċju għall-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida, spjega li l-Papa se jivvjaġġa privatament lejn il-belt żgħira fil-qalba tar-reġjun tal-Umbria, u fil-Bażilika ta’ Santa Marija tal-Anġli se jiltaqa’ ma’ grupp ta’ nies foqra minn madwar l-Ewropa. Din se tkun il-ħames żjara tal-Papa Franġisku f’Assisi.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-10/pope-francis-meeting-poor-12-november-assisi.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: