Il-Papa: Id-dinjità tal-pazjent tiġi qabel il-mard u l-profitt

Print Friendly, PDF & Email

It-Tnejn 18 ta’ Ottubru, l-Papa Franġisku f’laqgħa li kellu mad-delegazzjoni mill-Campus Bio-Medico Hospital ta’ Ruma, ħeġġeġ lill-operaturi Kattoliċi tal-kura tas-saħħa biex joħorġu sabiex jixhdu fl-azzjoni li m’hemm l-ebda ħajja li mhix denja li tintrema, u li mhix sfruttament għat-talbiet ta’ profitt. “Kull faċilità tal-kura tas-saħħa, speċjalment dawk ta’ ispirazzjoni Nisranija, għandha tkun post fejn tiġi pprattikata l-kura għall-persuna u fejn jista’ jingħad: ‘Hawn ma tarax biss tobba u pazjenti, imma nies li jilqgħu u jgħinu lil xulxin: hwan tista’ tesperjenza t-terapija tad-dinjità tal-bniedem”.

Imwaqqfa fl-1993, l-istituzzjoni Kattolika kienet ispirata mill-Beatu Alvaro del Portillo, isqof Spanjol tal-prelatura tal-Opus Dei. L-Papa nnota li l-Beatu del Portillo kien ħeġġiġhom biex ipoġġu lill-pazjent qabel kull marda, li, huwa qal, hija essenzjali f’kull qasam tal-mediċina u hija fundamentali għal trattament li jkun verament komprensiv u uman.

Il-Papa Franġisku enfasizza wkoll l-importanza tax-xjenza u r-riċerka fil-mediċina, u qal: “il-kura mingħajr xjenza ma tiswa għal xejn, hekk kif ix-xjenza mingħajr kura hija sterili”. Huwa qal lix-xjenza u r-riċerka flimkien jagħmlu l-mediċina arti, li tinvoli l-moħħ u l-qalb, li tgħaqqad l-għarfien u l-kompassjoni, l-professjonaliżmu u l-ħniena, l-kompetenza u l-empatija.

L-Qdusija Tiegħu rringrazzja lid-delegazzjoni tal-Campus Bio-Medico Hospital talli ffavorixxa żvilupp uman tar-riċerka. Huwa lmenta dwar it-tentazzjoni li jsir profitt fuq il-bżonnijiet tal-morda u l-anzjani fil-kura tas-saħħa – bżonnijiet li kontinwament jevolvu b’mard u inkonvenjenzi ġodda.

Huwa faħħar lill-Kampus talli għin lil dawk li m’għandhomx il-mezzi finanzjarji biex iħallsu l-ispejjeż tal-università. Semma wkoll l-isforzi tli għamlu bħaċ-Ċentru Covid, il-Kamra tal-Emerġenza u l-Hospice. Il-Qdusija Tiegħu enfasizza li dawn l-isforzi kollha għandhom isiru flimkien, u qal li l-pandemija enfasizzat l-importanza li tgħaqqad, tikkollabora u tindirizza problemi komuni flimkien. Il-kura tas-saħħa Kattolika partikolarment teħtieġ li tagħmel network. “Il-karità teħtieġ rigal: l-għarfien għandu jinqasam, il-kompetenza għandha tinqasam, ix-xjenza trid tinqasam,” huwa qal.

Huwa wissa, li toffri x-xjenza u l-prodotti biss, se tkun għajnuna li jitneħħa l-ħażin iżda mhux tgħin biex tfejjaq fil-fond. Huwa minnu, pereżempju, bil-vaċċini, li hu urġenti li ngħinu pajjiżi li għandhom inqas riżorsi, iżda dan għandu jsir bi pjanijiet viżivi u m’għandux ikun motivat biss mill-għaġla ta’ nazzjonijiet sinjuri biex ikunu aktar siguri. “Ir-rimedji għandhom jitqassmu b’dinjità, mhux bħala għotjiet ta’ ħniena”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-10/pope-francis-biomedico-campus-rome-christian-healthcare-dignity.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: