Pjazza San Pietru tospita mobile clinic tal-kardjoloġija għall-foqra

Print Friendly, PDF & Email

L-għan tal-inizjattiva konġunta tal-Uffiċċju tal-Karitajiet Papali u l-Isptar San Carlo di Nancy ta’ Ruma, huwa li jipprovdu checkups kardjoloġiċi li jsalvaw il-ħajja għal dawk li m’għandhomx aċċess faċli għalihom, b’mod speċjali l-foqra li jgħixu fiż-żoni tal-madwar. L-outreach qed jipprovdi wkoll solidarjetà ta’ preżenza għal dawk li ħafna drabi jħossuhom waħedhom u abbandunati.

Mid-9 ta’ filgħodu ta’ Tnejn 25 ta’ Ottubru, meta l-mobile clinic fetħet il-bibien tagħha, ħafna persuni żvantaġġati marru fi Pjazza San Pietru, biex jieħdu dan is-servizz provdut għalihom. Is-servizzi se jkompli sas-6 ta’ filgħaxija. L-inizjattiva qed tiġi msejħa: “It-Toroq tal-Qalb”, u hija kkoordinata mill-Kardinal Krajewski li jmexxi l-Uffiċċju tal-Karitajiet Papali, li jopera f’isem il-Papa, u t-tobba mediċi minn San Carlo di Nancy, Sptar f’Ruma.

F’din il-mobile clinic qed isiru konsultazzjonijiet tal-qalb u mediċi ġenerali b’xejn. L-inizjattiva, organizzata mill-isptar, u li tinkludu involviment mill-Isptar Tiberia u l-Fondazzjoni Taljana tal-Qalb, bdiet nhar il-Ħamis. L-għan hu li tqajjem kuxjenza dwar prattiċi tajbin fil-ħajja ta’ kuljum u l-importanza ta’ check-ups regolari.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2021-10/st-peter-s-square-hosts-cardiology-mobile-clinic-for-poor.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: