It-Tlieta, 23 ta’ Novembru 2021

Print Friendly, PDF & Email

Mulej, jiena tiegħek, u m’għandi nkun ta’ ħadd ħliefek. Ruħi hija tiegħek, u għandha tgħix biss għalik. Ir-rieda tiegħi tkun tiegħek, u nħobb biss għalik. Għandi nħobbok bħala l-ewwel kawza tiegħi, ladarba jiena ġej minnek. Għandi nħobbok bhala l-fini u l-bqija tiegħek, ladarba jiena għalik. Għandi nħobbok aktar minni nnifsi, ladarba ngħix bik. U għandi nħobbok aktar minni nnifsi, ladarba jien kollni tiegħek u kollni fik. Ammen.

San Franġisk de Sales

%d bloggers like this: