Ġwanni Pawlu II lil persuni b’ bżonnijiet speċjali

Print Friendly, PDF & Email

QUDDIESA GĦAL GRUPP TA’ PERSUNI BI BŻONNIJIET SPEĊJALI
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Castelgandolfo, 29 ta’ Settembru 1981

Insellmilkom bil-qalb, għeżież ħuti, li qegħdin tieħdu sehem fil-pellegrinaġġ tagħkom imsejjaħ “Rom im Rollstuhl”, ġejjin minn diversi dijoċesijiet tal-Isvizzera, Barra minn dan merħba bikom f’din iċ-Ċelebrazzjoni ewkaristika komuni tagħna.

B’ferħ għal kollox partikolari jien lqajt ix-xewqa tagħkom li niltaqà magħkom. Din għalija hija okkażjoni apprezzata biex ninkuraġġixxi din l-inizjattiva ta’ min ifaħħarha favur l-handikappati tal-Isvizzera, li għandha tkun imtennija wkoll fis-snin li ġejjin, u biex niżżu ħajr lil dawk kollha li f’pajjiżkom u f’postijiet oħra, fi spirtu ta’ fratellanza nisranija, jiddedikaw l-eneriġiji tagħhom għas-servizz ta’ ħuthom handikappati. Imma fuq kollox il-Papa jixtieq jurikom, għeżież ħuti eġiel u nisa handikappati, imħabbtu profonda, l-istima għolja tiegħu, u l-fiduċja kbira li huwa għandu fikom, fl-għajnuna tagħkom permezz tat-talb u l-offertà tal-prova tagħkom – speċjalment permezz tal-aċċettazzjoni paċenzjuża u ġeneruża tat-tbatija tagħkom.

Qisu d-destin ta’ ħajjitkom b’mod speċjali bl-għajnejn tal-fidi. Dak li għal min ma jemminx jidher bħala disgrazzja traġika, għal dawk li jemmnu jistà jsir dmir estremament imfawwar b’sinifikat u kapaċi jagħti milja lill-ħajja fis-soċjetà umana u fil-Knisja. Fid-destin assenjat lilna mhux b’kumbinazzjoni għamja imma minn Alla ħanin u aċċettat bħala tali tiġina s-sejħa tiegħu għal kollox personali. Minnha nagħrfu l-vokazzjoni u d-dmir afdat lilna. Quddiem is-Salib fittxu li tifhmu dejjem iktar b’mod profond il-vokazzjoni tagħkom, li għalikom hija pparteċipata fl-invalidità fiżika, fittxu li tilqgħuha dejjem b’iktar prontezza intima fis-segwitu ta’ Sidna batut u li nirrenduha fruttuża għall-azzjoni tal-Knisja.

Għaqqdu fl-Ewkaristija u kull jum mill-ġdid il-provi u n-niket tagħkom mat-tbatija redentriċi ta’ Ġesù Kristu, li fiha l-invalidità tagħkom f’għajnejn Alla u fil-pjan feddej providenzjali tiegħu takkwista valur inestimabbli. Jalla ċ-ċelebrazzjoni ewkaristika tallum flimkien mal-Papa u dan il-pellegrinaġġ f’Ruma jqawwukom f’din il-koncezzjoni fiduċjuża tal-fidi u jirrendu lil ħajjitkom profondament ferrieħa u serena. Dan huwa l-awgurju għalikom u f’dan il-waqt nitlob għalikom lill-Mulej Ewkaristiku flimkien mal-benedizzjoni apostolika speċjali tiegħi.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: