Il-Knisja fil-Ghana tniedi programm ta’ azzjoni Laudato sí fuq 5 snin

Print Friendly, PDF & Email

L-Isqfijiet tal-Ghana, ispirati mit-tagħlim tal-Papa Franġisku, fl-enċiklika tiegħu Laudato sí, dwar il-kura tad-dar komuni tagħna, ħolqu Programm ta’ Azzjoni fuq ħames snin, li hu skedat li jibda mill-2022 sal-2026.

Il-Programm ta’ Azzjoni, li tnieda formalment fl-24 ta’ Novembru, jinsab f’pożizzjoni li jkun ir-rispons tal-Knisja tal-Ghana għal dak li l-Papa Franġisku ħabbat fi tmiem is-Sena Speċjali tal-Anniversarju (Mejju 2020 – Mejju 2021), biex jiċċelebraw il-5 anniversarju tal-Enċiklika Laudato sí. L-Qdusija Tiegħu kien waqaf pjattaforma, biex ifakkar lil kulħadd fir-responsabbiltà li għandna lejn il-ġenerazzjonijiet futuri, u ħeġġeġ lill-fidili biex ikomplu jieħdu r-responsabbiltà li jieħdu ħsieb b’mod imminenti lid-dinja quddiem il-kriżijiet ambjentali u soċjali.

Din l-aħħar inizjattiva tal-Isqfijiet tal-Ghana għandha l-għan li tikseb is-seba’ għanijiet globali ta’ Laudato sí li jiffokaw fuq ir-rispons għall-għajta tad-dinja; twieġeb għall-għajta tal-foqra; ekonomija ekoloġika; adozzjoni ta’ stitli ta’ ħajja sostenibbli; edukazzjoni ekoloġika; spiritwalità ekoloġika, kif ukoll impenn komunitarju u azzjoni parteċipattiva.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2021-11/ghana-laudato-si-bishops-action-program-five.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.