Il-Papa jitlob għall-vittmi tat-traġedja ta’ Wisconsin

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku qal li jinsab qrib ta’ dawk kollha li nhar il-Ħadd ġew milquta mill-inċident traġiku kkawżat minn xufier li għadda minn nofs parata tal-Milied, f’Waukesha fis-subborgi ta’ Milwaukee.

F’telegramma, ffirmata f’ismu mis-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Pietro Parolin, il-Papa jassigura lill-komunità fejn seħħ l-inċident bi qrubija spiritwali u talb tiegħu. Waqt li poġġa l-erwieħ ta’ dawk li mietu fil-ħniena ta’ Alla li Jista Kollox, hu qal li “jitlob d-don divin tal-fejqan u l-konsolazzjoni fuq il-midruba u dawk li tilfu ħajjithom”. Fi tmiem it-telegramma, l-Papa qal li qed jitlob lill-Mulej “biex jagħti s-saħħa spiritwali ħalli tirbaħ fuq il-vjolenza u tirbaħ il-ħażen bit-tajjeb”.

Stqarrija li ħarġet ftit wara li seħħet it-traġedja, l-Arċisqof Jerome Listecko, tal-Arċidjoċesi ta’ Milwaukee, qal li juri s-solidarjetà ma’ dawk li ġew milquta minn dan l-att bla sens. “meta niffaċċjaw ix-xokk u n-niket li jiltaqgħu magħhom ħutna f’Waukesha, issa huwa mportanti għalina li nduru għall-fidi tagħna li toffrilna l-preżenza tal-imħabba u l-konsolazzjoni ta’ Alla”.

L-Arċisqof Listecki qal li qed jitlob għal dawk kollha involuti, l-familjari tagħhom u dawk li huma trawmatizzati minħabba x-xena orribli li raw, u nnota li “fost il-midruba hemm wieħed mill-qassisin Kattoliċi, kif ukoll diversi parruċċani u tfal tal-iskola Kattolika ta’ Waukesha”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-11/pope-telegram-waukesha-tragedy-christmas-parade-prayers.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: