Inkunu nafu d-duttrina u nipprattikawha

Print Friendly, PDF & Email

Nhar it-Tnejn 29 ta’ Novembru ġie preżentat f’Ruma l-ktieb bl-isem ta’ ’23 Kardinali jikkumentaw fuq il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika‘.

L-Arċipriet tal-Bażilika ta’ San Paolo fuori le Mura, il-Kardinal Francesco Monterisi, tkellem dwar il-ħtieġa li l-Kattoliċi jkunu jafu d-duttrina biex imbagħad jipprattikawha.

Il-Kardinal osserva li l-bażi tat-tagħlim tal-Knisja dwar il-fidi u l-morali jrid ikollu bażi soda. Dan jista’ jkun, meta qed ngħixu f’soċjeta fejn mhux biss iż-żgħażagħ, imma aħna lkoll, qed nirċievu tant tagħlim.

Dan il-kummentarju dwar il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika għandu jgħin biex inkunu nafu aħjar ir-realtà tad-duttrina tal-Knisja Kattolika b’attenzjoni speċjali għall-ħajja ta’ kuljum u fuq kollox fl-ispirtu u l-prattika tas-Sagramenti.

Id-direttur tal-ġurnal l-‘Avvenire’, Marco Tarquinio, qal li: “Il katekiżmu hu ħaġa soda fiż-żmien likwidu li qed ngħixu, fejn ħafna jemmnu li jafu kollox. Qegħdin niġġudikaw fuq l-aħbarijiet li jduru fil-kanali diġitali ta’ informazzjoni, li jsiru verità b’ħafna truf.

Marco Tarquinio fakkar li l-element fundamentali tal-katekiżmu hi l-imħabba. Hemm bżonn li nissuperaw il-frammentarjetà anki fir-narrazzjoni tal-midja, li hi mimlija b’nofs veritajiet, li jfixklu biex wieħed jifhem b’mod komplet id-disinn tal-ħajja fil-kreazzjoni u fis-socjetà umana li qed nibnu bir-responsabbiltà tagħna. Tarquinio qal li jemmen li llum, iktar minn qatt qabel hemm bżonn li jkollna mħabba lejn id-dar komuni li fiha ngħixu u għall-proxxmu li jista’ jgħix f’din id-dar komuni bl-istess dinjità tagħna.

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: