Nitolbu skont il-fehma tal-Papa

Print Friendly, PDF & Email

L-INTENZJONI TAT-TALBA TAL-PAPA GĦAL DIĊEMBRU: GĦALL-KATEKISTI

Kull xahar, il-Papa Franġisku jkun f’vidjow fejn jitkellem dwar it-talbiet speċjali għax-xahar li jkun. Għal Diċembru ta’ din is-sena l-Papa ħabbar l-intenzjoni tat-talba tiegħu hekk kif stieden lil kulħadd biex jitlob għall-katekisti, “li huma msejħa biex iħabbru l-Kelma t’Alla,” ħalli jkunu xhieda tagħha, b’kuraġġ u kreattività, bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, bil-ferħ u b’ħafna paċi.”

F’dan il-messaġġ bil-vidjow, il-Papa qal li l-katekisti għandhom missjoni imprezzabbli għat-trasmissjoni u għat-kabbir tal-fidi. Il-Knisja teħtieġ katekisti tajbin li huma akkumpanjaturi kif ukoll għalliema.

Kmieni din is-sena, il-Papa Franġisku rrinova l-ministeru tal-katekisti lajċi bl-Ittra Appostolika ‘Antiquum Ministerium’. Fil-vidjow il-Papa jispjega li llum ukoll, f’ħafna djoċesijiet u f’ħafna kontinenti, l-evaġelizzazzjoni hi b’mod fundamentali f’idejn il-katekisti. “Mela”, qal il-Papa, “il-Knisja trid “nies kreattivi li jħabbru l-Vanġelu, li jħabbruh mhux bis-skiet jew bil-loudspeaker, imma bil-ħajja tagħhom, bil-ġentilezza, b’lingwa ġdida u billi jiftħu mogħdijiet ġodda.

Bħala eżempju ta’ din il-“lingwa ġdida” għall-katekisti, fil-vidjow tal-Papa għal Diċembru jidhru Katekisti u żgħażagħ li qed jaħdmu fuq tpenġija kbira li tirrappreżenta l-ħasil ta’ riġlejn l-Appostli minn Ġesù fl-Aħħar Ċena.

F’dan l-vidjow il-Papa jistieden lill-Insara biex “jirringrazzjaw lill-katekisti għall-entjużjażmu intern tagħhom li bih qed jgħixu din il-misjoni għas-servizz tal-Knisja.”

Ara aktar …

Kitba ta’ Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: