Ġie rtirat manwal għall-komunikazzjoni għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea bil-għan li tiġi evitata d-diskriminazzjoni u l-promozzjoni tal-inklussività.
Id-dokument kontroversjali, bit-titlu “unjoni tal-Ugwaljanza,” rrakkomanda l-espressjoni “perjodu tal-Vaganzi” (holiday period) minflok “Żmien il-Milied” (Christmas period), u sabiex jiggarantixxi d-dritt ta’ “kull persuna li tiġi ttratta b’mod ugwali”, ipprefera li kelma ġenerika “Ms” biex tieħu post “Miss” jew “Mrs”. Mhux hekk biss, id-dokument ippropona li ismijiet tipiċi għal reliġjon speċifiċi bħal “Marija” u “John” ma jibqgħux jintużaw.

Helena Dalli, l-Kummissarju tal-Unjoni Ewropea għall-Ugwaljanza, irtirat dan il-manwal nhar it-Tlieta, filwaqt li nnotat lid-dokument se jiġi rivedut biex jirrifletti t-tħassib imqajjem minn diversi partijiet.
Is-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Pietro Parolin, jgħid li “dan mhux il-mod kif niġġieldu d-diskriminazzjoni”. Huwa appella biex jiġu rispettati d-differenzi ġusti ta’ ħaddieħor.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2021-11/holy-see-christmas-discrimination-european-union-inclusion.html