Funzjonijiet reliġjużi mill-Arċisqof fi żmien il-Milied u l-bidu tas-sena l-ġdida

Print Friendly, PDF & Email

Il‑funzjonijiet reliġjużi li se jmexxi l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna fl‑okkażjoni tal‑Milied jibdew filgħaxija f’lejlet il‑Milied. Dawn il‑funzjonijiet huma miftuħin għall‑pubbliku skont il‑miżuri għall‑ħarsien tas‑saħħa b’rabta mal‑pandemija COVID‑19.

Il‑Ġimgħa 24 ta’ Diċembru, lejlet il‑Milied, fil‑5:15 p.m. Monsinjur Arċisqof imexxi l‑ewwel għasar tal‑Milied fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, u wara jiċċelebra l‑Quddiesa tal‑Vġili.

Dakinhar stess fil‑11:15 p.m., fil‑Katidral ta’ San Pawl fl‑Imdina, jibda l‑Uffiċċju tal‑Qari u kant tal‑għanjiet tal‑Milied, u ssir l‑prietka tat‑tifel. F’nofsillejl, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu. Din tixxandar fuq TVMKnisja.mt u Newsbook.com.mt. Minħabba restrizzjoni ta’ spazju fil-katidral, kull min jixtieq jattendi għandu jċempel fuq 21456620 jew 21454136, jew jibgħat email fuq parrocca.mdina@maltadiocese.org.

Is-Sibt 25 ta’ Diċembru, Jum il‑Milied, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil‑Katidral ta’ San Pawl fl‑Imdina. Din tixxandar fuq TVMKnisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑Ġimgħa 31 ta’ Diċembru, fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa ta’ radd il‑ħajr lil Alla fi tmiem is‑sena bil‑kant tat‑Te Deum, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

Is-Sibt l‑1 ta’ Jannar 2021, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑Solennità ta’ Marija Omm Alla u fil‑Jum Dinji tal‑Paċi, fid‑Dar tal‑Providenza, is‑Siġġiewi. Din tixxandar fuq TVMKnisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑Ħadd 2 ta’ Jannar, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑Solennità tal‑Epifanija fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Matul din il‑quddiesa se jagħti l‑Ministeru tal‑Akkolitat lil tliet seminaristi. Din tixxandar fuq TVMKnisja.mt u Newsbook.com.mt.

Sors: www.knisja.mt

Ritratti: www.knisja.mt/ritratti

%d bloggers like this: