Il-Papa jappella għad-djalogu u l-fiduċja biex tingħeleb il-kriżi tal-Ukrajna

Print Friendly, PDF & Email

Fl-indirizz tal-Ewwel tas-Sena lill-Ambaxxaturi għas-Santa Sede, l-Papa Franġisku semma t-tensjonijiet internazzjonali li qed jikbru dwar l-Ukrajna. Hekk kif f’Ġinevra għaddejjin taħditiet internazzjonali, l-Qdusija Tiegħu tenna li l-kriżi tista’ tissolva permezz ta’ djalogu bbażat fuq fiduċja reċiproka.

Nhar it-Tnejn, fl-indirizz annwali tiegħu lill-membri tal-Korp Diplomatiku, l-Papa saħaq li “l-fiduċja reċiproka u l-prontezz biex jidħlu f’diskussjonijiet kalmi, għandhom jispiraw lill-partijiet kollha nvoluti”.

In-nuqqad ta’ fiduċja reċiproka bejn ir-Russja, minn naħa waħda, u l-Ukrajna u l-Punent, minn naħa l-oħra, fixklu kwalunkwe triq diplomatika għall-kriżi li bdiet wara l-annessjoni tar-Russja għal-Krimea fl-2014, u l-involviment ta’ Moska fil-kunflitt armat tal-2014, fir-Reġjum separatista ta’ Donbass. Dak in-nhar, il-kunflitt kien ħasad mill-inqas 14-il elf ħajja u sposta aktar minn 1.5 miljun ruħ, li rriżulta fi kriżi umanitarja kbira.

F’dawn l-aħħar ġimgħat, it-tensjoni reġgħet żdiedet, wara lir-Russja ġabret madwar mitt elf suldat fuq il-fruntieri mal-Ukrajna, li qanqal biża’ mill-membri tan-NATO ta’ invażjoni u ta’ gwerra ġdida. L-President Amerikan Joe Biden wissa ripetutament lill-President Russu Vladimir Putin li l-Istati Uniti u l-alleati Ewropej tagħha jimponu sanzjonijiet bla preċedent jekk Moska tagħżel li tinvadi l-pajjiż. Kemm l-Istati Uniti, kif ukoll l-Unjoni Ewropea qalu li huma mpenjati li jiddefendu s-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

Fil-messaġġ tal-Milied tiegħu, l-Kap tal-Knisja Kattolika Griega Ukrena esprima l-qrubija tiegħu mal-priġunieri tal-gwerra u dawk miżmuma mill-kunflitt u ħeġġiġhom biex ma jitilfux l-ispirtu. Fis-7 ta’ Jannar, fl-omelija tiegħu għall-Jum tal-Milied tar-Rid tal-Lvant, huwa bagħat l-awguri tiegħu lill-Kattoliċiċ f’Donbass u l-Krimea, u esprima wkoll talba għall-“aħwa fil-Każakistan”, li qed jiffaċċjaw repressjoni mill-gvern, megħjuna mir-Russi, minħabba l-protesti li qed isiru.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/world/news/2022-01/pope-calls-for-dialogue-and-trust-to-overcome-ukrainian-crisis.html

%d bloggers like this: