San Tumas ta’ Aquino

Print Friendly, PDF & Email

Tliet katekeżijiet mill-Papa Benedittu XVI fuq dan il-Qaddis Kbir tal-Knisja. Ġunju 2010.

San Tumas ta’ Aquino

Mill-ewwel katekeżi …

“San Tumas dejjem “tqies mill-Knisja mgħallem tal-ħsieb u eżempju ta’ kif għandha tiġi żviluppata t-teoloġija”. Ma nistagħġbux li, wara Santu Wistin, fost il-kittieba tal-Knisja msemmijin fil-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, San Tumas jiġi kkwotat iżjed minn kull awtur ieħor, għal 61 darba! Hu ġie msejjaħ ukoll id-Doctor Angelicus, forsi minħabba l-virtujiet tiegħu, b’mod partikulari s-sublimità tal-ħsieb u s-safa ta’ ħajtu …”

Mit-tieni katekeżi …

“San Tumas ta’ Aquino, teologu ta’ valur hekk kbir li l-istudju tal-ħsieb tiegħu ġie espliċitament irrakkomandat mill-Konċilju Vatikan II f’żewġ dokumenti, id-Digriet Optatam totius, dwar il-formazzjoni għas-saċerdozju, u d-Dikjarazzjoni Gravissimum educationis, li tittratta l-edukazzjoni Nisranija. Mill-bqija, diġà fl-1880 il-Papa Ljun XIII, li kellu stima kbira tiegħu u ppromova l-istudji Tomistiċi, ried jiddikjara lil San Tumas Patrun tal-Iskejjel u tal-Universitajiet Kattoliċi …”

Mit-tielet katekeżi …

“Imqar fuq seba’ mitt sena wara mewtu, nistgħu nitgħallmu ħafna minnu. Dan fakkru wkoll il-Predeċessur tiegħi, il-Papa Pawlu VI, li, f’diskors li għamel f’Fossanova fl-14 ta’ Settembru 1974, fl-okkażjoni tas-seba’ ċentinarju mill-mewt ta’ San Tumas, staqsa: “Mgħallem Tumas, liema lezzjoni tista’ tagħtina?”. U wieġeb hekk: “Il-fiduċja fil-verità tal-ħsieb reliġjuż Kattoliku, li hu ddefenda, espona, fetaħ għall-ħila tal-għarfien tal-ħsieb uman”. U, fl-istess jum, f’Aquino, dejjem f’riferiment għal San Tumas, stqarr: “Ilkoll kemm aħna, jekk aħna wlied fidili tal-Knisja, nistgħu u għandna, tal-inqas b’xi mod, inkunu dixxipli tiegħu!” …”

Aktar katekeżijiet mill-Papa Benedittu XVI fuq bosta Qaddisin u personalitajiet kbar tal-Knisja …

%d bloggers like this: