Il-Papa jappella għal jum ta’ talb għall-paċi fuq is-sitwazzjoni tal-Ukrajna

Print Friendly, PDF & Email

Fi tmiem l-Angelus tal-Ħadd, il-Papa Franġisku esprima t-tħassib tiegħu dwar it-tensjonijiet dejjem jiżdiedu li qed jheddu li jwaqqgħu ċ-ċansijiet għall-paċi fl-Ukrajna u s-sigurtà fil-kontinenet Ewropew inġenerali, minħabba r-riperkussjonijiet usa’ ta’ kwalunkwe kunflitt. B’reazzjoni, l-Papa ppropona li nhar l-Erbgħa 26 ta’ Jannar li ġej, ikun jum ta’ talb għall-paċi.

“Nagħmel appell mill-qalb lin-nies kollha ta’ rieda tajba biex jitolbu lil Alla li jista’ kollox biex l-azzjonijiet u l-inizjattivi politiċi kollha jkunu għas-servizz tal-għaqda umana aktar milli għall-interessi partiġjani.”

Il-Papa Franġisku waqt l-Angelus

Il-Qdusija Tiegħu żied jgħid dawk li jsegwu l-għanijiet tagħhom għad-detriment tal-oħrajn, juru disprezz għall-vokazzjoni tagħhom stess bħala bnedmin, kif aħna lkoll ġejna maħluqa aħwa ta’ xulxin. Kemm il-darba fil-passat, il-Papa esprima t-tħassib tiegħu dwar it-tensjonijiet fuq l-Ukrajna, u ħeġġeġ lil kulħadd biex jitlob għall-paċi u li d-djalogu u n-negozjar jistgħu jiprevalu biex tissolva s-sitwazzjoni.

Ara d-diskors kollu tal-Papa Franġisku waqt l-Angelus ..

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-01/pope-calls-day-of-prayer-for-peace-over-ukraine-situation.html

%d bloggers like this: