Niffokaw fuq is-sbuħija u l-feriti tal-umanità

Print Friendly, PDF & Email

Lejn l-10 Laqgħa Dinjija tal-Familji.

Hekk kif il-Knisja qed toqrob lejn l-10 Laqgħa Dinjija tal-Familji, li din is-sena ser issir f’Ruma bejn it-22 u s-26 ta’ Ġunju, qed jiġu preżentati xi films qosra biex jakkumpanjaw it-triq ta’ tħejjija għal dan l-avveniment.

Id-Djoċesi ta’ Ruma u d-Dikasteru għal-Lajċi, Familja u Ħajja, li qed jorganizzaw din il-Laqgħa, qed joħorġu riżorsi pastorali li jistgħu jkunu ta’ għajnuna għad-Djoċesijiet, movimenti, u għaqdiet fl-organizzazzjoni ta’ avvenimenti, riflessjonijiet, u laqgħat fil-komunitajiet lokali. L-appuntament ta’ Ġunju se jsir f’ormat “bla preċedent u multi-ċentriku”, b’inizjattivi lokali fid-djoċesijiet madwar id-dinja.

Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi, d-djoċesi ta’ Ruma żviluppat tmien katekeżi dwar il-familja, sabiex tagħti appoġġ għal-laqgħat li jsiru fil-parroċċi madwar id-dinja.

Kull katekeżi – li kollha diġa’ huma disponibbli fuq il-websajt uffiċjali tal-Laqgħa: www.romefamily2022.com – se tkun akkumpanjata minn filmat qasir magħmul mid-direttur Antonio Antonelli. L-ewwel waħda minn dawn, li tinsab online, hija intitolata “Tagħti isem”, u għandha bħala protagpnista qabla fi klinika f’Ruma.

Fr Dario Criscuoli, direttur taċ-Ċentru għall-Kura Pastorali tal-Familja fid-Djoċesi ta’ Ruma, qal li, “l-videos jistgħu jgħinu biex tinfetaħ diskussjoni billi jaraw li jirrelataw personali ta’ nies attwali”. “Huma films qosra li jdumu madwar 8 minuti, li fihom koppji jew individwi li jgħixu Ruma, fejn jirrakuntaw l-istorja tagħhom. Wara li jkun ppreżentaw iż-żona tal-belt minn fejn ġejjin, kollha jirrakkontaw is-sbuħija kbira tal-esperjenzi tagħhom stess.”

Dawn huma “stejjer ta’ nies li spiss sabu ruħhom bit-terrapien f’idejhom,” jistqarr Fr Dario, stejjer li mhumiex faċli, mhux dejjem kuntenti jew mingħajr żbalji, iżda li huma sinjuri fil-ġmiel interjuri u veru. Stejjer ta’ nies li jfittxu l-aktar it-teżor għani u profond tal-ħajja umana fir-relazzjonijiet tal-familja, u li sabu f’dawn ir-relazzjonijiet mhux biss l-għan suprem tal-vjaġġ eżistenzjali tagħhom, iżda wkoll il-punt tat-tluq minn fejn imorru jgħinu lil dawk li għadhom ma sabux dan l-istess teżor. Fil-fatt, is-sensiela se titkellem dwar l-irġiel u n-nisa, t-tfal u n-nanniet, iżda wkoll dwar il-vokazzjoni u l-qdusija.

Aktar riżorsi bil-Malti fuq is-Sena Familja kif ukoll fuq l-10 Laqgħa Dinjija tal-Familja tista’ ssibhom f’din il-paġna tal-Laikos …

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2022-01/shining-the-light-on-the-beauty-and-the-wounds-of-humanity.html

%d bloggers like this: