Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof fi Frar 2022

Print Friendly, PDF & Email

Matul ix‑xahar ta’ Frar, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVMKnisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • Kull nhar ta’ Ħadd fid‑9:30 a.m. tiġi ċċelebrata quddiesa fuq TVM, Facebook u YouTube.

F’dawn il‑ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑knejjes:

It‑Tlieta l‑1 ta’ Frar 2022, fil‑5:30 p.m. Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa f’Jum il‑Ħajja Kkonsagrata, fis‑Santwarju tal‑Ħniena Divina, in‑Naxxar.

Il‑Ħadd 6 ta’ Frar, fid‑9:30 a.m. Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill‑Knisja l‑Qadima tas‑Salvatur, Ħal Lija. Din tixxandar fuq TVM.

L‑Erbgħa 9 ta’ Frar, fil‑5:15 p.m. Monsinjur Arċisqof imexxi traslazzjoni u t‑talb tal‑ewwel għasar lejlet il‑festa ta’ San Pawl Nawfragu, fil‑Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu, il‑Belt Valletta.

Il‑Ħamis 10 ta’ Frar fid‑9:30 a.m.  Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Pontifikal fil‑festa ta’ San Pawl Missierna, Patrun ta’ Malta, fil‑Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu, il‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM.

Il‑Ħadd 13 ta’ Frar, fid‑9:30 a.m. Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill‑Knisja ta’ San Pietru, Ħal Lija. Din tixxandar fuq TVM.

Is‑Sibt 19 ta’ Frar fis‑6:30 p.m. Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santa Luċija, fil‑bidu tal‑ħidma pastorali tal‑kappillan il‑ġdid Dun Ronnie Zammit.

Il‑Ħadd 20 ta’ Frar, fid‑9:30 a.m. Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa f’jum il‑festa tal‑Qaddisin ta’ Fatima mis‑Santwarju tal‑Madonna ta’ Fatima, Gwardamanġa. Din tixxandar fuq TVM.

Sors: www.knisja.mt

Ritratti: www.knisja.mt/ritratti

Leave a Reply

%d bloggers like this: