Qassis dejjem għandu tort …

Għal xi wħud, qassis dejjem għandu tort.

Jekk jibda jqaddes fil-ħin, għandu l-arloġġ ‘il quddiem;  jekk jibda minuta tard, qed iħalli n-nies jistennew.

Jekk idum jipprietka, iraqqad lil kulħadd; jekk ma jdumx,  mhux ippreparat.

Jekk għandu karozza, jgħix fil-lussu; jekk m’għandux, ma jimxiex maż-żminijiet.

Jekk imur iżur il-familji, dejjem jiġġerra barra; jekk ma jmurx, ma jsibx ħin għalihom.

Jekk jitlob donazzjoni, moħħu fil-flus; jekk ma jitlobx, supperv u għażżien.

Jekk idum iqarar, jeħodha bil-lajma; jekk jgħaġġel, m’għandux paċenzja mal-penitenti.

Jekk jirranġa l-knisja, qed iberbaq flus il-poplu; jekk le, qed iħalli l-knisja taqa’ biċċiet.

Jekk jarawh man-nisa, fanfarun; jekk jarawh mal-irġiel, mhux normali.

Jekk għadu żgħir, m’għandux esperjenza; jekk anzjan, missu ilu li rtira.

Dment li għadu ħaj, dejjem hemm min hu aħjar minnu.

IMMA META QASSIS IMUT …. M’HEMM ĦADD MIN JOĦODLU POSTU!

Minn Edward Tagliaferro

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading